Il-Kelma tal-Arċisqof

Tibżgħux tkunu dak li intom – L-Arċisqof lill-iskejjel tal-Knisja

L-Arċisqof jiltaqa' mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja

  • Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha.

    Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-ġodda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulleġġ tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulleġġ ta’ San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Alwiġi…

  • Kompli aqra »

“Nitlob biex il-komunità tara fik ix-xbieha ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb” – L-Arċisqof fil-pussess ta’ Dun John Muscat

Quddiesa tal-pussess ta' Dun John Muscat bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna ta' Lourdes, Raħal Ġdid

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

    12 ta’ Awwissu 2017

    Aħna u nisimgħu t-Tieni Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju, smajna parir li l-appostlu Missierna jagħti lil wieħed mid-dixxipli żgħażagħ tiegħu, Timotju. Hu jgħidlu: “Nitolbok bil-ħerqa quddiem Alla u Ġesù Kristu … xandar il-Kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu … oqgħod dejjem b’għajnejk miftuħa, stabar fit-tiġrib, agħmel ħidma ta’ evanġelista, aqdi sewwa l-ministeru tiegħek” (2 Tim 4, 1.2.5)…

  • Kompli aqra »

Irridu nibqgħu ngħaddu l-wirt qaddis tal-fidi u l-valuri tagħna – L-Arċisqof waqt Malta Day UK f’Londra

Quddiesa fil-Katidral ta' Westminster f'Londra, fl-okkażjoni tal-Malta Day UK 2017

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Westminster Cathedral, London

    9th September 2017

    On the 7th of September 1565 the Knights of the Order of St John of Jerusalem and Rhodes realised that the horrible Great Siege had finally been lifted. The Ottoman galleons were on their way back to say that they didn’t manage to find the islands of Malta…

  • Kompli aqra »

“L-Ewropa qed issofri mill-ġdid minn sentiment ta’ nazzjonaliżmu sfrenat” – L-Arċisqof fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    8 ta’ Settembru 2017

    “Aħna nafu li ma’ dawk li jħobbuh, Alla f’kollox jaħdem id f’id magħhom għall-ġid ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu” (ara Rum 8, 28). Dan l-ewwel vers mill-Qari li llum smajna mill-Ittra tal Appostlu Missierna San Pawl, kapitlu 8, hemm dawn il-verbi importanti ħafna u li jfissru ħafna fil-festa tal-lum, it-twelid tal-Verġni Mbierka: l-imħabba, il-ħidma għall-ġid, is-sejħa u l-providenza tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Ma nistgħux ninsew l-assedji li qed iħabbtuna llum: id-droga u l-prostituzzjoni – L-Arċisqof lejlet il-festa tal-Bambina fl-Isla

Quddiesa Pontifikali lejlet il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija, fil-Bażilika tal-Isla.

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l-Isla

    7 ta’ Settembru 2017

    Qegħdin infakkru t-twelid ta’ mara. Ħadt pjaċir nisma’ r-rapport tad-diskors li l-Pro-Rettur tal-Università, Carmen Sammut, għamlet fl-okkażjoni ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru, ta’ Jum il-Vitorja, tal-Bambina, fejn appellat biex is-soċjetà tagħna tiżviluppa u tikber fl-għarfien ta’ rwol importanti tal-mara, u bħalma hija wkoll ix-xewqa tal-Gvern tar-Repubblika, in-nisa jkollhom sehem akbar fil-ħajja tal-pajjiż u fit-tmexxija tal-istituzzjonijiet tagħna…

  • Kompli aqra »

“L-ulied jibqgħu dejjem don, la dritt u lanqas xi ħaġa li tixtriha bil-flus” – L-Arċisqof fin-Naxxar

Quddiesa fin-Novena tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Knisja tan-Naxxar

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    6 ta’ Settembru 2017  

    Fuq il-kwadru titulari ta’ din il-parroċċa antika, arċipretali, hemm dawn il-kelmiet bil-Latin: quasi aurora consurgens. Dawn ifakkruna li fl-innijiet l-iżjed antiki li jiċċelebraw it-twelid ta’ Omm il-Feddej, din il-festa antika ħafna kienet bħas-sebħ li jagħti lill-Insara s-sinjal li dalwaqt jaraw ix-xemx tiela…

  • Kompli aqra »

“Kemm attività tal-bniedem f’isem in-namur u f’isem l-isports u f’isem il-progress, teqred il-ħolqien b’kapriċċ bla rażan” – L-Arċisqof fil-bidu tax-Xahar tal-Ħolqien

Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u Nature Trust Malta fl-okkażjoni tax-Xahar tal-Ħolqien

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    2 ta’ Settembru 2017

    “Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?” (Mt 16, 26). Din id-domanda li għamel Ġesù nistgħu nifhmuha u ngħixuha fuq diversi livelli. Ħafna drabi, l-ewwel interpretazzjoni li tingħatalha hi li t-telfien tal-ħajja huwa dak li jwassal għat-telfien ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

“Quddiem il-qerda tal-mewt, Santa Marija tagħmlilna kuraġġ” – L-Arċisqof waqt il-festa f’Ħad-Dingli

Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema f'Ħad-Dingli

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  

    Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli

    20 ta’ Awwissu 2017

    Nixtieq nirringrazzja lill-Arċipriet tal-istedina biex inkun magħkom illum f’dan il-jum sabiħ tal-festa. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli ġejtu dalgħodu. Hija ħaġa sabiħa li bħalma qegħdin nagħmlu, l-festa nibdewha billi niċċelebraw flimkien l-Ewkaristija. Insellem b’mod speċjali l-Onor…

  • Kompli aqra »

“Jekk hemm mara li tifhem id-destin kiefer ta’ ħutna jistennew fix-xatt tal-Libja hija l-Madonna” – L-Arċisqof fil-festa ta’ Stella Maris

Traslazzjoni u Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof fil-festa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

    19 ta’ Awwissu 2017

    Fil-bidu ta’ din il-quddiesa rringrazzjajna lill-Mulej talli ried li Marija, l-Omm qaddisa ta’ Ibnu, tissejjah il-Kewkba tal-Baħar. Irringrazzjajnih talli għażilha biex tkun l-għajnuna tagħna f’dan il-mewġ tal-ħajja li fih nitħabtu.

    It-talba stess turina li t-tema tal-baħar u l-kewkba fis-sema huma sinjali li għandhom tifsira mhux biss profonda imma anke attwali…

  • Kompli aqra »

“Ilum fl-irxoxt ta’ Marija naraw il-glorja tal-Mulej u nemmnu fih” – L-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija

Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema

  • It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017, fuq stedina tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, mexxa Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-Quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, u numru ta’ saċerdoti. Din kienet l-ewwel okkażjoni għan-Nunzju Appostoliku biex jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

    .

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »