Tibżgħux tkunu dak li intom – L-Arċisqof lill-iskejjel tal-Knisja
L-Arċisqof jiltaqa' mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja
14/09/2017-
Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha.
Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-ġodda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulleġġ tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulleġġ ta’ San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Alwiġi…