Il-Kelma tal-Arċisqof

Nixtieq li l-Knisja f’Malta taħdem mal-Istat għall-ġid komuni – L-Arċisqof

Festa ta' San Lawrenz

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Lawrenz, il-Birgu

    10 ta’ Awwissu 2017

    Bħalma hu miktub: “huwa qassam bil-kotra u ta lill-foqra; il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għal dejjem” (S 111, 9). Dan il-kliem mis-Salm jirrepetih l-appostlu Missierna (2Kor 9, 9) u dan il-kliem joqgħod tajjeb għall-qaddis levita martri Lawrenz…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu għal min lill-Knisja jridha marbuta bil-ktajjen tas-silenzju għaliex dak li tgħid ma jogħġbux” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-għeluq l-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru Appostlu

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa

    2 ta’ Awwissu 2017

    “Int Xmun bin Ġwanni”. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann din l-espressjoni ta’ Ġesù nsibuha fil-bidu ta’ dan l-episodju li għadna kemm smajna u li qara Fr John Berry, u lejn l-aħħar tal-Evanġelju meta Ġesù jgħid lil Pietru, “Xmun, Bin Ġwanni, tħobbni inti?” (Ġw 21, 15)…

  • Kompli aqra »

Kliem ta’ kuraġġ lin-nanniet mill-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' Sant'Anna

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ Wied il-Għajn

    29 ta’ Lulju 2017

    Il-festa ta’ Sant’ Anna tfakkarna wkoll fir-raġel tagħha San Ġwakkin. Fl-istatwa sabiħa li ilha hawnhekk 70 sena, San Ġwakkin ma jidhirx, imma qiegħed iħares lejna mill-istatwa li hemm mal-ġenb tal-knisja, u llum, meta nagħmlu l-quddiesa fuq is-simenta, iħarsu ftit lejn xulxin…

  • Kompli aqra »

“Illum huwa bidu ġdid tas-sehem tagħkom fil-Knisja” – L-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fil-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

    25 ta’ Ġunju 2017

    Illum se tistqarru l-fidi fil-Missier, fl-Iben u fl-Ispirtu s-Santu minn rajkom, għax tridu. Wara din l-omelija se nistaqsikom biex tiċħdu lix-xitan u biex tistqarru l-fidi tagħkom u intom se tirrisponduni; meta kontu trabi rrispondew għalikom il-ġenituri u l-parrini tagħkom, illum tirrispondu intom…

  • Kompli aqra »

Jalla li din il-parroċċa tkun art tajba, li hi u tinżera’ fiha l-Kelma, tagħmel il-frott – L-Arċisqof lill-Ġużeppini Misidjani

Festa San Ġużepp, Imsida

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Imsida

    15 ta’ Lulju 2017

    “Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba, huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha, u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin” (Mt 13, 23).

    Ġesù jgħid parabbola, tixbieha u, każ uniku, jispjegaha…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi, “Aħna dixxipli tal-Mulej?”

Festa tal-Madonna tal-Karmnu

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta

    16 ta’ Lulju 2017

    Il-Madonna tal-Karmnu, meta nħarsu lejn ix-xbihat tagħha, ngħarfuha minn żewġ elementi importanti. Meta nħarsu lejn xbieha tal-Madonna tal-Karmnu, aħna d-devoti mdorrijin infittxu mill-ewwel il-labtu qaddis li għandha f’idejha. Il-labtu huwa libsa, imma t-tifsira tagħha hija libsa ta’ virtùjiet…

  • Kompli aqra »

Nitolbu l-interċessjoni ta’ San Benedittu biex Malta ma tpoġġix lil Alla fit-tieni post – L-Arċisqof

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

    11 ta’ Lulju 2017

    “Il-Mulej jagħti l-għerf, minn fommu ġej it-tagħrif u d-dehen” (Prov. 2, 6). Dik kienet xi ħaġa li skopra San Benedittu meta beda jistudja l-filosofija f’Ruma u rrealizza li l-għerf tal-bnedmin u tad-dinja ma kienx joqgħod ħdejn difer l-għerf li jagħti l-Mulej…

  • Kompli aqra »

“Evitaw dejjem il-kliem iebes għal xulxin u ifirħu flimkien” – Il-messaġġ tal-Ariċsqof lill-komunità ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Quddiesa tal-50 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

    12 ta’ Lulju 2017

    “Ersqu lejn Ġesù li huwa l-ħaġra mormija mill-bnedmin imma magħżula u għażiża għal Alla” (ara 1 Pt 2, 4). Aħna u nfakkru l-50 anniversarju mill-konsagrazzjoni ta’ dan it-tempju maestuż li ra ħafna staġuni, imma issa nistgħu ngħidu qiegħed igawdi staġun feliċi…

  • Kompli aqra »

Il-Korp tal-Pulizija għandu bżonn mhux biss l-awtonomija minn kull poter ieħor tal-Istat, imma wkoll il-ħelsien biex jaqdi dmiru mill-aħjar li jista’ – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-203 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija

  • L-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •   L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    12 ta’ Lulju 2017

    Grazzi lill-Eċċellenza President ta’ Malta u lis-Sur Preca tal-preżenza tagħkom fostna llum, u lill-President tal-Kamra, il-Ministri tal-Gvern…

  • Kompli aqra »

“Il-madmad ta’ Ġesù hu dak li jtik id-direzzjoni u l-għajnuna biex meta tħossok qed togħtor hemm xi ħadd marbut miegħek bl-istess madmad li se jsostnik” – L-Arċisqof lil Dun Brian Gialanzè

Quddiesa tal-pussess tal-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Kalkara

  •   L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Kalkara

    9 ta’ Lulju 2017

    “L-ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom” (Rum 8, 9). Din hija kelma qawwija ħafna tal-appostlu Missierna San Pawl. Qed jikteb lir-Rumani qabel ma jibda jgħix hemmhekk fl-aħħar jiem ta’ ħajtu. Kif nafu, Ruma huwa l-post fejn il-Mulej isejjaħlu biex jagħti l-aqwa xhieda tal-imħabba u l-fidi tiegħu bil-mewt ħarxa tal-martirju…

  • Kompli aqra »