Il-Kelma tal-Arċisqof

Nitolbu d-don tal-fidi biex inkunu strumenti ta’ fejqan fil-Knisja – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, it-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja

  • Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, tat-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar Porzjunkola
    2 ta’ Diċembru 2016

    L-Evanġelji mill-ewwel parti tal-Avvent jintgħażlu bħala konferma mill-profeżija ta’ Isaija u jkun tajjeb għall-meditazzjoni f’dawn il-ġranet qabel is-17 ta’ Diċembru, imbagħad nibdew ir-rakkonti li jippreparawna mill-qrib għat-twelid ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

“Id-demokrazija qiegħda tevolvi f’kerdokrazija” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq il-mitt sena mill-mewt tal-Beatu Charles de Foucauld

  • Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’għeluq il-mitt sena mill-mewt tal-Beatu Charles de Foucauld, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Valletta

    2 ta’ Diċembru 2016

    Kemm hi attwali l-figura tal-Beatu Charles…

  • Kompli aqra »

“Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tgħinek biex tgħid ‘le’ lil ħażin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta' Ħaż Żabbar

  • Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Ħaż Żabbar. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Parrokkjali Ħaż-Żabbar
    27 ta’ Novembru 2016

    Għeżież żgħażagħ, jiena qiegħed nilqagħkom bħala membri adulti tal-poplu ta’ Alla. Tgħiduli: “imma din xi tfisser?”. Se tifhmu malajr meta jiena nieqaf nitkellem u nitlobkom titkellmu intom u jiena bħalma nagħmel ħafna meta niltaqa’ ma’ żgħażagħ tamparkom, ngħidilkom: “irrid nismagħkom iġġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija”…

  • Kompli aqra »

Il-Gvern Malti jilqa’ t-talba tal-Papa Franġisku biex tingħata amnestija lill-priġunieri

L-Arċisqof fit-taħbira tal-amnestija lill-priġunieri

  • L-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela, ħabbret li l-Gvern ta’ Malta laqa’ t-talba tal-Papa Franġisku biex tingħata amnestija ta’ 30 jum lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Malta. Din l-aħbar ingħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. It-talba li tingħata amnestija lill-priġunieri kollha saret mill-Papa Franġisku f’ ittra lill-President ta’ Malta fejn talab li tintwera ħniena mal-priġunieri fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. 
  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

“L-Ispirtu s-Santu jagħtikom il-qawwa tagħmlu għażliet tajba” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti f'Ħal Luqa

  • Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Ħal Luqa.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali Ħal Luqa
    27 ta’ Novembru 2016

    Għeżież żgħażagħ, il-Mulej Ġesù fl-Evanġelju tal-lum (Lq 21, 25-28, 34-36) juża’ kelma pjuttost qawwija, u li nixtieq naqsam magħkom f’dan il-ħsieb qasir qabel tirċievu s-sagrament tal-Griżma…

  • Kompli aqra »

“Ir-risposta tagħna hija l-għerf tas-Salib Imqaddes” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa liturġika ta' Santa Katerina

  • Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Santa Katerina, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali taż-Żejtun
    25 ta’ Novembru 2016

    Alessandru l-Kbir tal-Greċja u l-Maċedonja, bniedem li b’ġenju tant kbir ħakem l-Asja Minuri, li terraq u wasal sal-fruntiera mal-Indja din il-belt u jsemmieha għalih fuq ix-xatt tal-Mediterran…

  • Kompli aqra »

“Ikbru fil-valuri tal-kuxjenza soċjali u komunitarja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jżur l-istudenti u l-għalliema tas-Sacred Heart College

  • Nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel żjara uffiċjali fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan, fejn iltaqa’ mal-Amministrazzjoni tal-Iskola, l-għalliema u l-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja. 
    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti.
  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-istudenti tas-Sekondarja
  • Sacred Heart College, San Ġiljan

    21 ta’ Novembru 2016

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-laqgħa sabiħa li għamiltuli…

  • Kompli aqra »

“Għandna nifirħu meta mmorru f’dar il-Mulej, għax għalina hija l-għatba tal-ġenna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jikkonsagra l-Artal u s-Santwarju Ħniena Divina fin-Naxxar

  • Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonsagra l-artal u s-Santwarju Ħniena Divina waqt Quddiesa fis-Santwarju, in-Naxxar.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju Ħniena Divina, in-Naxxar
    19 ta’ Novembru 2016

    Inġbarna f’ġurnata ta’ maltemp, u ta’ xita. Jiena nirringrazzjakom ħafna tal-att erojku tagħkom li tkunu hawnhekk illejla…

  • Kompli aqra »

“Ixxenqu dejjem biex tkunu ma’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa taż-Żejtun

  • Nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, lill-adoloxxenti mill-Parroċċa taż-Żejtun.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali taż-Żejtun
     20 ta’ Novembru 2016

    Ħa nfakkarkom fl-Ewwel Qari (2 Sam 5, 1-3) li smajna llum u li ġie moqri minn waħda minnkom. Kien hemm David l-ewwel kien ragħaj imbagħad ġie magħżul minn Alla u li ssielet ukoll kontra l-ġgant Gulija u rebaħlu…

  • Kompli aqra »

“Agħżlu dejjem li tkunu fuq in-naħa tal-fqir u l-batut” – L-Arċisqof lill-gradwati l-ġodda

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament għall-Gradwati l-Ġodda tal-Università ta’ Malta

  • It-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    21 ta’ Novembru 2016

    Fl-Evanġelju (Mk 10, 35-45) li għadna kemm smajna, Ġesù juża’ żewġ tixbihat li għalina jistgħu, mad-daqqa t’għajn, jinqraw paradossali…

  • Kompli aqra »