Nitolbu d-don tal-fidi biex inkunu strumenti ta’ fejqan fil-Knisja – L-Arċisqof
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, it-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja
05/12/2016- Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, tat-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja.
- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Dar Porzjunkola
2 ta’ Diċembru 2016L-Evanġelji mill-ewwel parti tal-Avvent jintgħażlu bħala konferma mill-profeżija ta’ Isaija u jkun tajjeb għall-meditazzjoni f’dawn il-ġranet qabel is-17 ta’ Diċembru, imbagħad nibdew ir-rakkonti li jippreparawna mill-qrib għat-twelid ta’ Ġesù…