Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Mulej tal-Ħniena jkun man-nisa f’mumenti ta’ dispjaċir jew ta’ tbatija – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa

  • Nhar is-Sibt 30 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħa sehem f’pellegrinaġġ għall-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina u ċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina 30 ta’ April 2016 Is-silta li għadna kemm smajna hija meħuda minn mument partikolari ħafna li fih il-Mulej Ġesù jaqsam magħna l-intimità l-iżjed profonda tiegħu nnifsu…
  • Kompli aqra »

“It-triq tan-Nisrani mhix triq ta’ solitudni imma ta’ komunjoni” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-kappillan fil-parroċċa Tal-Ibraġ

  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-kappillan il-ġdid tal-Ibraġ,  Dun Mario Tong, fil-Knisja Parrokjali. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Parrokjali Tal-Ibraġ 24 ta’ April 2016 Għażiż Fr Mario, nixtieq inwassal ftit kliem ta’ inkoraġġiment u nsellem lil din il-komunità għażiża li int se tkun bħala r-ragħaj tagħha.    L-ewwel ispirazzjoni li tiġini hija mill-Ewwel Qari tal-lum (Atti 14, 21-27) fejn nisimgħu b’ħafna postijiet b’mod speċjali fil-Greċja u fit-Turkija, li kienu l-bliet fejn marru Pawlu u Barnaba…
  • Kompli aqra »

San Ġorġ għandu jkun il-protettur ta’ min jiddefendi l-ambjent naturali għal ġenerazzjonijiet futuri – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Martri

  • Nhar is-Sibt 23 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ġorġ Martri, fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi 23 ta’ April 2016 Għażiż poplu ta’ Alla, għeżież membri ta’ din il-Parroċċa Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri, L-Eċċellenza għażiża President tar-Repubblika, Sur Preca, rispettabli Sindku, membri distinti speċjalment il-Membri Parlamentari, tant rappreżentanti, u qed nieħu pjaċir nara lilkom ukoll, għeżież membri tal-fratellanza…
  • Kompli aqra »

“L-Istudenti li qegħdin joħorġu mill-iskejjel…għandhom sens tal-valuri?” – L-Arċisqof

Quddiesa f’għeluq ix-xahar mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • Il‑Ħamis 21 ta’ April 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, b’suffraġju għal ruħ l‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca, f’għeluq ix-xahar mill-mewt tiegħu. Il‑Quddiesa ġiet organizzata mis‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija, b’rikonoxximent tal‑kontribut li l‑Arċisqof Mercieca ta għall‑iskejjel tal-Knisja. Għal din il‑Quddiesa attendew wkoll l‑Awtoritajiet tal‑Edukazzjoni, fosthom, il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo, flimkien mal-kapijiet tal‑iskejjel tal‑Knisja. L-Ewwel Qari nqara minn Brother Saviour Grech, tal-Freres, is-Salm inqara mis-Sur Kevin Bonello, President tal-Malta Union of Teachers u t-talb tal-ġemgħa nqara minn Suor Bernarnette Gafa…
  • Kompli aqra »

Irid ikollna saċerdoti li jidħlu fi djalogu u ta’ servizz lill-komunità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-kappillan ta' Wied il-Għajn

  • Nhar is‑Sibt 16 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal‑pussess tal‑Kappillan il-ġdid, Dun Roderick Camilleri, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Wied il‑Għajn. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn 16 ta’ April 2016 “Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx u anqas ebda għomma, ladarba l-Ħaruf, li hemm f’nofs it-tron, ikun ir-ragħaj tagħhom, u jwassalhom ħdejn għejun ta’ ilmijiet tal-ħajja…
  • Kompli aqra »

“Nitolbu lil San Ġużepp għal min tbiegħed mill-Knisja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  • Nhar il-Ħadd 17 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ Ġieżu, ir-Rabat. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġieżu, r-Rabat 17 ta’ April 2016 Grazzi ħafna tal-preżenza tagħkom illum aħna u niċċelebraw is-Solennità għażiża tal-patrijarka San Ġużepp. Nirringrazzjak, Sur Edgar Coleiro Preca tal-preżenza tiegħek inti u tirrapreżenta wkoll lill-E.T…
  • Kompli aqra »

“Meta niftħu ħalqna, ma nidhrux aħna, imma jitkellem Ġesù” – L-Arċisqof

Żewġ seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Lettorat

  • Nhar it-Tnejn 11 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ta l-Ministeru tal-Lettorat lil żewġ seminaristi waqt Quddiesa fil-Kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien. Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi saru qarrejja uffiċjali tal-Kelma ta’ Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra…
  • Kompli aqra »

Id-dover li naħdmu flimkien biex pajjiżna jistagħna wkoll fil-valuri sodi – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publju

  • On Sunday 10th April 2016,  Archbishop Charles J. Scicluna celebrated a Pontifical Mass at Floriana Parish Church, on the occasion of the feast of St Publius. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali ta’ San Publiju, il-Furjana  10 ta’ April 2016 “Intom il-ġisem ta’ Kristu u kull wieħed minnkom membru tiegħu. Lil xi wħud Alla riedhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala appostli, it-tieni bħala profeti, it-tielet bħala għalliema…
  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

  • Ningħaqdu mal-E.T. il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni ta’ bħalissa f’pajjiżna. Għaldaqstant ​nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ li hija wasslet nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, f’wieħed mill-ġurnali ta’ pajjiżna.   Filwaqt li ningħaqdu mal-President Coleiro Preca fl-appell f’waqtu li hija għamlet, nagħmlu sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jiżnu l-kliem tagħha u nistiednu lill-Insara biex jitolbu lil Alla, għani fil-ħniena, jieqaf magħna fiċ-ċirkustanzi attwali…
  • Kompli aqra »

“Meta l-Mulej jaħfirlek, jagħtik bidu ġdid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

  • Il-Ħadd 3 ta’ April 2016, filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Matul iż-żjara l-Arċisqof kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mar-residenti u l-gwardjani tal-Faċilita’. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid 2 ta’ April 2016 Ippermettuli noffrilkom ħsieb ċkejken ispirat mill-Evanġelju li għadna kemm smajna li jitkellem dwar żewġt iĦdud; l-ewwel biċċa tal-Evanġelu sseħħ Ħadd il-Għid li aħna ċċelebrajnih bħal-lum ġimgħa, u t-tieni parti tal-Evanġelju sseħħ ġimgħa wara, bħal-lum, ġimgħa fuq Ħadd l-Għid…
  • Kompli aqra »