Il-Kelma tal-Arċisqof

Is-Saltna t’Alla hija Saltna ta’ paċi, maħfra u għaqda – L-Arċisqof waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2015, saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa Solenni ta’ Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien. Din saret fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar. Din iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna u mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Preżenti wkoll l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.

    Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof irrifletta fuq is-Saltna ta’ Ġesù Kristu. L-Arċisqof qal li s-Saltna t’Alla hija għal din id-dinja imma mhux skont id-dinja. “Is-Saltna t’Alla hija saltna ta’ paċi, saltna ta’ maħfra u saltna ta’ għaqda”, qal l-Arċisqof…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistitwixxi tliet seminaristi fil-Ministeru tal-Akkolitat

  • Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna istitwixxa tliet seminaristi fil-ministeru tal-akkolitat, waqt ċelebrazzjoni li saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Filep t’Aġġira, Ħaż-Żebbuġ. 

    It-tliet seminaristi huma Sinclair Bugeja mill‑Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, L-Iklin, Ryan Lee Pace mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Gżira, u Mark Spiteri mill‑Parroċċa ta’ San Filep t’Aġġira, Ħaż-Żebbuġ.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna   

    Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ

    13 ta’ Novembru 2015 Għeżież Mark, Ryan, Sinclair, jien l-ewwelnett nifraħ magħkom, mal-familji tagħkom, mal-parroċċi li minnhom ġejjin, f’dan il-mument għażiż għalikom meta l-Knisja uffiċjalment qed tistitwikom akkoliti u titlobkom tgħinu fil-preparazzjoni tal-artal u meta jkun hemm bżonn ukoll, fit-tqassim tal-Ewkaristija…

  • Kompli aqra »

Ir-reazzjoni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-attakki f’Pariġi

  • L-Arcisqof Charles J. Scicluna wassal ir-reazzjoni tiegħu għall-attakki f’Parigi, dalgħodu fuq l-istazzjon RTK, waqt il-programm ‘Newsbook’ ippreżentat minn Jes Saliba. “L-ewwelnett nixtieq nuri solidarjetà, anki f’isem il-Knisja Maltija, mal-poplu Franċiż kollu u mal-qraba tal-vittmi. Ejjew nitolbu ħafna għall-vittmi li huma numerużi. Nikkundannaw bla riżerva l-atti terroristiċi li qegħdin jippruvaw ikissru il-mod paċifiku kif aħna ngħixu. It-target ta’ dawn in-nies bla qalb kienu stadium tal-futbol, venue ta’ kunċert u restaurants…
  • Kompli aqra »

“Tinsew qatt id-dimensjoni spiritwali fil-ħajja tagħkom” – L-Arċisqof lill-gradwati l-ġodda tal-Università

  • Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, iċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-Università ta’ Malta li se jiggradwaw fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Quddiesa saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    11 ta’ Novembru 2015

    L-ewwelnett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla…

  • Kompli aqra »

167 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • Matul l-aħħar sena akkademika, 167 persuna temmew b’suċċess wieħed minn sittax-il kors differenti li offra l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal-Knisja f’Malta. Iċ-ċerimonja annwali tal-gradwazzjoni saret nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru 2015, fis-Seminarju, tal-Virtù, u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Iċ-ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, u wara saret il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati. Il-korsijiet li temmew il-parteċipanti kienu ta’ livelli erbgħa, ħamsa u u sitta tal-Malta Qualifications Framework (MQF) u tal-European Qualifications Framework (EQF).  

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej isaffi l-intenzjoni ta’ kull min jidħol għall-politika u għas-servizz tan-nazzjon” – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

  • Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum It-Tifkira. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew l-President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-ogħla awtoritajiet tal-Istat u dinjitarji oħra.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    8 ta’ Novembru 2015

    L-ewwelnett nixtieq insellem l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: lilek Eċċellenza, Sur Preca, Onorevoli Prim Ministru, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Ministri, Membri Parlamentari, il-membri tal-Bank tal-Ġudikatura u tal-Maġistratura, Presidenti Emeriti. I would like to greet the members of the Diplomatic Corps…

  • Kompli aqra »

“Ħudu ħsieb li bħala djakni tal-Knisja, tpoġġu l-balzmu li jġib is-serħan kull fejn taraw li hemm ferita” – L-Arċisqof lis-seba’ djakni ġodda

  • Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015, sitt seminaristi u fra tal-Ordni tal-Minuri Konventwali ġew ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi.

    Id-djakni l-ġodda huma: Fra Allister Marija Aquilina OFM Conv., Rev. Sergio Fenech u Rev. Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Rev. Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, Rev…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Louis u Zélie Martin

  • Nhar il-Ħamis 22 t’Ottubru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Louis u Zélie Martin, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża Birkirkara. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Santwarju ta’ Santa Tereża, B’Kara

    22 ta’ Ottubru 2015

    “Agħmlu dak li jgħidilkom hu” (Ġw 2, 5). Il-parir ta’ Sidtna Marija, omm Ġesù lill-qaddejja huwa wkoll l-aħħar kliem li l-Vanġeli jagħtuna minn fomm Sidtna Marija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum tal-Forzi Armati ta’ Malta

  • Nhar il-Ġimgħa 16 t’Ottubru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum tal-Forzi Armati ta’ Malta, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    16 ta’ Ottubru 2015

    Ippermettuli nislet ħsieb qasir ispirat mill-frażi li smajna fit-Tieni Qari mill-Ittra ta’ San Pawl appostlu u misserna, lir-Rumani…

  • Kompli aqra »

“Biex it-tfal inressquhom lejn Ġesù rridu nħalluhom jgħixu” – L-Arċisqof waqt Quddiesa fl-okkażjoni ta’ kampanja b’risq Angela House

  • Nhar is-Sibt 4 t’Ottubru 2015, l-Arcisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għal Angela House, fil-knisja ta’ Ġieżu, ir-Rabat. L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġieżu, ir-Rabat

    4 ta’ Ottubru 2015

    Nixtieq naqsam magħkom riflessjoni bbażata fuq żewġ kelmiet importanti ta’ Ġesù: il-kelma fuq l-istabbilità fiż-żwieġ, u t-tieni kelma dwar il-bżonn kbir li nilqgħu lit-tfal u nieħdu ħsiebhom (Mk 10, 2-16)…

  • Kompli aqra »