Il-Kelma tal-Arċisqof

Komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum, meta jgħiduli “Ad multos annos”, jiena ngħid, “pavere multos”, ma non esageriamo. Anke għax, tkun kemm tkun tajba l-ħaġa, fl-aħħar tgħid, “too much of a good thing”. Imma naf li mhix il-każ. 

Jiena nixtieq naqsam dan il-messaġġ qasir tiegħi, anke għaliex sar il-ħin u tinkwetani li bniedem ikollu bżonn anke jinġabar. Għall-grazzja ta’ Alla bdejna nxommu ftit tax-xitwa wkoll, li hija barka għalina. 

Xtaqt li l-intervent tiegħi llum, u l-indirizz tiegħi lilkom, ikun fuq żewġ partijiet… Kompli aqra »

Jalla l-poplu ta’ dil-parroċċa jara t-tjubija u l-fedeltà fil-ħarsa t’għajnejk – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Martin Coleiro OFM bħala kappillan tal-parroċċa ta' Sacro Cuor

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sacro Cuor, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Fr Martin, il-Mulej qiegħed jafdalek mhux talenti tad-deheb u l-fidda – għax it-talent kien kejl, jew għad-deheb jew għall-fidda. Talent, illum, kieku jissarraf, skont jekk hux tal-fidda jew tad-deheb, f’mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Biż-żmien, imbagħad, anke taħt l-influwenza tal-kultura Nisranija, il-kelma ‘talent’, minħabba din il-parabbola x’aktarx, saret tfisser ukoll ħila, saret tfisser kapaċità; ngħidu: għandu ħafna talenti, bniedem jaf iħaddem tajjeb it-talenti tiegħu. 

Għażiż Fr Martin, Ġesù mhux qiegħed jafdalek it-talenti tad-deheb u tal-fidda, għalkemm qiegħed jafdalek ukoll knisja sabiħa u mżejna kif jixraq, imma qiegħed jafdalek il-mimmi ta’ għajnejh, il-poplu għażiż, li jgħix, jgħammar, jitlob u jħabrek f’din il-parroċċa… Kompli aqra »

Ma nħallux il-biża’ xxekkel ir-responsabbiltajiet tagħna – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena diġà smajna bil-kelma ‘talent’. Jekk tiftakru f’wieħed mill-Ħdud kellna l-parabbola sabiħa ta’ Ġesù dwar il-maħfra ta’ dawk it-tnejn li kellhom jagħtu somma ta’ flus, wieħed kellu jagħti lil sidu 10,00 talent. U għedna li talent hi kelma antika li tfisser kejl tad-deheb jew tal-fidda. Hu kejl qawwi ħafna. Illum meta ssarraf talent jew ta’ fidda jew tad-deheb, qed nitkellmu dwar mijiet ta’ eluf, jekk mhux miljuni… Kompli aqra »

Ejja nkunu dawk li nħawlu s-siġar mhux inqaċċtuhom – L-Arċisqof

Quddiesa bil-gradwati ġodda tal-MCAST

  Il-Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù, tinstema’ pjuttost ħarxa u anke stramba. Tgħiduli, għaliex? Għax dan il-qari, qegħdin noqorbu lejn tmiem is-Sena Liturġika, is-sena tat-talb tal-Knisja, qabel nerġgħu nibdew sena ġdida, bl-Avvent, bit-tħejjija għall-Milied. Allura, fl-aħħar jiem tas-sena naqraw l-Evanġelji, li fihom Ġesù jitkellem dwar il-ħajja, t-tmiem tal-ħajja, il-ġudizzju, u anke sinifikat profond tal-eżistenza tagħna.

Tgħiduli, aħna qegħdin niċċelebraw il-ħajja, qegħdin niċċelebraw l-entużjażmu ta’ bidu ġdid; qegħdin ukoll nirringrazzjaw lil Alla, ta’ parti mill-ħajja tagħna li ntemmet għall-grazzja ta’ Alla b’suċċess… Kompli aqra »

Nilqgħu lil kulħadd, hu kif inhu – l-Arċisqof

Quddiesa fil-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru” (Lq 19:20). Xi tfisser din il-kelma ta’ Ġesù?

Meta inti qed tfittex is-Saltna ta’ Alla toqgħodx tfittex affarijiet kbar ħafna jew li jidhru. L-ewwel fittex jekk fil-qalb tiegħek għandekx il-paċi. Jekk tkun inkwetat allura m’għandniex paċi, jew jekk jien irrabjat, jew qed ngħir għal xi ħadd, jew miġġieled jew miġġielda ma’ xi ħadd… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-gradwati ġodda: Qatt tfittxu qligħ a skapitu tad-dinjità tagħkom jew ta’ ħaddieħor

Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

“Għamilna biss dak li kellna nagħmlu” (Lq 17:10). X’qed jipprova jgħallimna Ġesù, meta jgħidilna, intom qaddejja, dan hu li għandu jiddistingwikom. It-titlu li għandkom tippreferu, huwa li intom issejħu lilkom infuskom qaddejja. Faċli tgħidha, imma mhux daqshekk faċli tgħixha. Għaliex hemm valuri hemm barra, jekk nistgħu nsejħulhom valuri, u mhux diżvaluri, li qabel ipoġġu l-qligħ, il-prestiġju, il-poter. Li huma l-antitesi, kollox bil-maqlub li tkun qaddej… Kompli aqra »

Nitolbu għall-kappillan biex jiffaċilita u qatt ma jtellef il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa li tat bidu għall-ħidma pastorali ta' Dun Evan Caruana

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Mons. Evan, inti u tilqa’ din il-missjoni l-ġdida tiegħek bħala ragħaj ta’ din il-komunità antika, imma fl-istess ħin ġdida, mimlija tama u ħeġġa, nitolbok li tieħu ħsieb li l-kews tiegħek, il-musbieħ tiegħek, ikollu ż-żejt għax trid twassal lil din il-ġemgħa biex tilqa’ lill-Għarus li jiġi, jiġi żgur, imma ma nafux meta, bħalma jgħidilna Hu: Tassew, ngħidilkom, jiġi meta ma tistennewhx, “għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” (Mt 25:13)… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira: ‘Min jagħżel il-gwerra minflok il-politika jaħsad is-saħta tal-mewt’

Pontifikal f'Jum it-Tifkira

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-aqwa tal-għaqal huwa li taħseb fil-għerf u min jishar għalih malajr jeħles mill-inkwiet” (Għerf  6:14). Dan il-vers mill-ktieb tal-Għerf, li smajna fl-ewwel qari llum, insibu eku ta’ dak li jgħid Ġesù fil-parabbola li jirrakkonta fil-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew li nqrat illum u li tinqara mad-dinja Kattolika kollha.

Ġesù jitkellem dwar dawn l-għaxar xebbiet, ħamsa minnhom għaqlin u ħamsa boloh… Kompli aqra »

Investi f’paċenzja, sagrifiċċju u stennija, u ssib l-imħabba – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-espressjoni li Ġesù juża fis-silta li għadna kemm smajna, u li l-Knisja tagħżel fil-festa tal-Arkanġli, “Għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51), din l-espressjoni li fiha Ġesù jsemmi l-anġli ta’ Alla, tfisser ukoll il-glorja ta’ Alla. “Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw il-glorja ta’ Alla, is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51)… Kompli aqra »

Ma nfittxux mal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Franġiski tal-Kunvent tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk tiftakrux li fil-parabbola li rrakonta Ġesù l-Ħadd li għadda, semma t-talenti. Kien hemm wieħed raġel li lis-sid tiegħu kellu jagħtih 10,000 talent u għedna li t-talent kien kejl tad-deheb jew tal-fidda. Illum jissarraf bil-miljuni. Mentri dan il-qaddej, li sidu ħafirlu somma kbira ħafna, sab sieħbu ieħor li kellu jagħtih 100 dinar u għedna li d-dinar kien il-paga tal-jum… Kompli aqra »