Il-Kelma tal-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

  • Palazz tal-President, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Onor. Speaker,

    L-ewwelnett nirringrazzjak ħafna ta’ din il-laqgħa kordjali, u nsellem permezz tiegħek ukoll lill-membri kollha tal-Parlament. Illum mhux qed niltaqgħu biss bhala kollegi fil-formazzjoni tal-Korp tal-pulizija iktar minn għoxrin sena ilu, iżda anke bħala Arċisqof ta’ din id-Djoċesi daqshekk għażiża – komunità ta’ fidi li fil-pajjiż għandha għeruq profondi u għandha wkoll patrimonju ta’ kultura, mhux biss ta’ arti u letteratura u tant affarijiet oħra li jispiraw l-arti imma wkoll il-qalb Maltija…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Prim Ministru Dr Joseph Muscat

  • Il-Berġa ta’ Kastilja, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Nirringrazzjak Onor. Prim Ministru ta’ din il-laqgħa kordjali tiegħek u tal-kliem tiegħek. Ir-risposta għal dak li għedt hija fuq tlett punti. L-ewwelnett, l-awtonomija bejn il-Knisja u l-Istat li nħoss hija valur importanti fl-epoka li qegħdin ngħixu fiha. Awtonomija li tfisser ukoll rispett reċiproku, kif għedt int, fid-distinzjoni tar-rwoli…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

  • Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    6 ta’ Marzu 2015

    Eċċellenza,

    Grazzi tal-merħba li qed tagħtini. Jiena nwegħdek il-kooperazzjoni sħiħa tiegħi u tal-Knisja Kattolika f’din il-missjoni li għandek bħala Kap tal-Istat, jiġifieri li tkun ukoll sinjal tal-għaqda tar-Repubblika, tas-sikurezza, tal-għajnuna soċjali. Nirringrazzjak ukoll, mhux biss f’isem il-Knisja, imma f’isem tant NGOs Kattoliċi, tas-sapport kontinwu tiegħek, tal-ispirazzjoni tiegħek, tal-qalb ġeneruża tiegħek li hija wkoll ta’ xhieda sabiħa għalina bħala Nsara…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Arċisqof-elett fil-pussess tal-Arċipriet tan-Naxxar Fr David Gauci

  • Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    1 ta’ Marzu 2015

     

    Għażiż Father David,

    Dan il-Vanġelu li smajna llum (Mk 9, 2-10) min jaf kemm-il darba smajtu fil-festa tas-Salvatur, u min jaf kemm-il darba fraħt b’dan il-kliem għażiż. Illum is-Salvatur bagħtek tieħu ħsieb lill-Ommu u qed jafdalek teżor kbir tiegħu: il-misteru tat-twelid tal-mama tiegħu, il-bidu tal-ferħ tagħna, u l-ferħ tagħna hu Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fid-Dar tal-Providenza

  • Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    L-1 ta’ Marzu 2015

     

    Dan il-post qaddis, kif qal Fr Martin Micallef, huwa qaddis għad-Djoċesi ta’ Malta imma anke għas-soċjetà Maltija għax f’dan il-post aħna naraw il-misteru tat-trasfigurazzjoni jseħħ kuljum.

    Qrajna s-silta mill-Vanġelu ta’ San Mark (Mk 9, 2-10) li tirrakkonta din l-esperjenza sabiħa ta’ Ġesù li jitla’ fuq muntanja għolja, jieħu miegħu lil Pietru, lil Ġakbu u lil Ġwanni u jitbiddel quddiemhom, “isir l-ilbies tiegħu ta’ bjuda li tgħammex, b’dija tal-għaġeb”…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Knisja ta’ Ħal Lija

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

    28 ta’ Frar 2015

    Il-Vanġelu ta’ San Mark, waqt li jirrrakonta l-mument sabiħ tat-Trasfigurazzjoni, jagħtina dettalji li ma jagħtuniex l-evanġelisti San Mattew u San Luqa. San Mark jitkellem dwar il-bjuda li tgħammex tal-libsa tal-Mulej Ġesù: “ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk” (Mk 9, 3)…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-poplu ta’ Malta

  • Nirringrazzja ħafna lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tal-fiduċja li wera fija, u l-missjoni li tani biex inkun ir-ragħaj tal-Arċidjoċesi għażiża ta’ Malta. Insellem lill-poplu Malti u Għawdxi, lil ħuti l-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u l-lajċi, u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, u nwiegħdhom li nagħti ħajti fuq l-eżempju ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb.

    ✝ Charles Jude Scicluna

        Isqof titulari ta’ San Leone

        Arċisqof-elett ta’ Malta 

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna waqt pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Tas-Sliema, Parroċċa Sacro Cuor

    27 ta’ Frar 2015

     

    Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ kull wieħed u waħda minnkom li lqajtu l-istedina tiegħU għal dan il-pellegrinaġġ. Ippermettuli ngħid ‘Alla jbierek kemm hawn nies’, għal dan il-pellegrinaġġ fiċ-ċirkustanzi tal-lum, jiġifieri bejn karozza u oħra fit-toroq ta’ Tas-Sliema. Ta’ min nieħdu l-opportunità li nirriflettu fuq din il-ħaġa…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa tat-tberik tal-Knisja ta’ Santa Marija Madalena

  • Knisja ta’ Santa Marija Maddalena, il-Belt Valletta

    25 ta’ Frar 2015

    Inġbarna biex niċċelebraw l-Ewkaristija f’din il-Knisja antika ħafna u niċċelebraw l-Ewkaristija wara ħafna snin li din kienet tintuża bħala Knisja. Hija ħaġa sabiħa li dan il-post li twieled għall-qima, u biex ninġabru bħala poplu ta’ Alla jerġa’ jilqagħna għall-istess raġuni.

    Meta wieħed jara minn xiex għadda dan il-post u x’ra matul is-sekli, jinduna li donnu l-istorja ta’ persuna ħajja li tgħaddi minn mumenti ta’ glorja u ta’ inqas glorja…

  • Kompli aqra »