Il-Kelma tal-Arċisqof

Ejjew nitgħallmu nieħdu ħsieb xulxin – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa bi spirtu ta’ ringrazzjament li llum niċċelebraw din il-festa għażiża tad-Duluri wara diversi snin, fejn minħabba restrizzjonijiet, daqqa mod u daqqa ieħor, ma stajniex nesprimu kif xtaqna d-devozzjoni, l-imħabba, ir-reliġjożità tagħna. Imma waqt li nagħmlu hekk dalgħodu, u llejla waqt il-purċissjonijiet fil-parroċċi u hawnhekk fil-Belt Valletta, ta’ min nistaqsu: is-sinifikat profond ta’ dak li qegħdin nagħmlu, x’jiġbidna lejn din il-mara? … Kompli aqra »

Li aħna nieħdu ħsieb xulxin, dik hija wkoll paternità – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waqt li qed nisma’ dan l-Evanġelju llejla fostkom, intom u tiċċelebraw il-50 anniversarju minn meta l-predeċessur tiegħi, Mons. Mikiel Gonzi, waqqaf lil din il-komunità Nisranija bħala Parroċċa, smajt din il-frażi u ftakart fikom b’mod speċjali. Il-Fariżej riedu jkunu jafu eżattament min kien dan ir-raġel imfejjaq minn Ġesù, u sejħu lill-ġenituri tiegħu. “Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? … Kompli aqra »

Il-parti tiegħi, kif se nagħmilha aħjar? – L-Arċisqof

Diskors mill-Arċisqof fil-kunċert kommemorattiv tal-Kantawtur Enzo Guzman

Jiena nixtieq nirringrazzjakom ħafna ta’ din l-istedina. Nirringrazzja lil min qed jospitana. Nirringrazzja lilek ukoll Sur Sindku. Nixtieq nirringrazzja lilek Carmen tal-kelma tiegħek. Lilek ukoll, ħa ngħidlek Andrew, għaliex l-arti tiegħek ġabritna hawn illum, u ħerqan ukoll nara r-riżultat tal-ġenju tiegħek. 

Waqt li nagħmlu t-talb tal-barka, nitolbu ħafna b’sufraġju ta’ Enzo, imma nitolbu wkoll biex il-valuri li Enzo ħa u ppromwova bl-arti, bl-umiltà u bl-għerf tiegħu, jibqgħu magħna… Kompli aqra »

Alla jafna, iħobbna, ħalaqna u fdiena – L-Arċisqof

Quddiesa wara l-purċissjoni tar-Redentur

  Il-Bażilika ta’ Marija Bambina, L-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-pellegrinaġġ qegħdin nagħmlu xi ħaġa għażiża għalina, li ilna ftit ma nagħmluha. Inħeġġiġkom biex anke għad-Duluri, u fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, aħna nieħdu sehem b’devozzjoni kbira bħalma għamilna llejla. 

Xi rridu ngħidu bil-preżenza tagħna? Jiġuni dawn iż-żewġ talbiet għeżież li nixtieq noffrihom għalina lkoll. L-ewwel nett, fil-mixja tagħna wara x-xbieha għażiża u devota ta’ Ġesù Redentur, lil Alla qegħdin ngħidulu talba għażiża: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’… Kompli aqra »

Meta taqa’, tibżax, erġa’ qum – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tmien anniversarju mindu Mons. Charles Scicluna sar Arċisqof ta’ Malta

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan is-sinjal li jagħti l-Evanġelju ta’ San Ġwann jinkludi wkoll djalogu bħalma rajna l-Ħadd li għadda fid-djalogu li kien hemm bejn Ġesù u r-raġel li twieled għama, il-ġenituri ta’ dan l-għama, Ġesù u l-Fariżej. U fid-djalogu tal-lum hemm xi siltiet li nixtieq noffrihom bħala riflessjoni fil-pellegrinaġġ tagħna ta’ dan ir-Randan.

L-ewwel nett il-kelma, il-mistoqsija ta’ Ġesù. L-aħwa, din il-mistoqsija Ġesù jagħmilha lili u jagħmilha lilek: “Trid tfiq?” (Ġw 5:6)… Kompli aqra »

Il-qrar l-aħwa huwa l-ikbar eżorċiżmu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Forsi wieħed ta’ min jistaqsi għaliex nisimgħu dan l-Evanġelju propju f’dan l-istaġun tar-Randan. Ma nafx jekk kellkomx ix-xorti ssegwu l-liturġija sabiħa li għamilna fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, il-Ħadd li għadda, meta lil dawn ħutna li se jitgħammdu fl-Għid, lill-adulti, l-Isqof għamlilhom l-ewwel skrutinju; l-ewwel skrutinju: theżżiża ġejja mil-Latin ‘scrutare’, anke li tgħarbel, theżżeż biex tgħarbel. 

Waħda mit-talbiet ta’ dan l-ewwel skrutinju qabel il-Magħmudija tagħhom hija li huma jagħrfu ħtijjiethom – mhux qrara pubblika… Kompli aqra »

Tħallux li l-Ġimgħa l-Kbira tfixkilkom milli tkunu qrib Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett xtaqt nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla. Nixtieq ukoll li twasslu t-tislijiet tiegħi lil dawk li ma setgħux ikunu magħna llum. Hija ħaġa sabiħa li aħna u nippreparaw għall-jiem qaddisa tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, aħna ninġabru f’mument ta’ talb. 

Għadna kemm tlabna t-talba tal-Via Sagra, u permezz tagħha akkumpanjajna lil Ġesù mill-kundanna tiegħu għall-mewt, sat-tislib tiegħu fuq is-Salib u d-difna tiegħu fil-qabar ġdid… Kompli aqra »

Il-ħajja nżul u tlajja’; daqqa għan-niżla u daqqa għat-telgħa – L-Arċisqof

  Is-Santwarju ta’ San Ġużepp, Ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kienu għaddew 40 jum mit-twelid ta’ Ġesù, u Ġużeppi ħa lill-omm u lit-tarbija Ġesù Ġerusalemm, kif titlob il-liġi. Mar biex jippreżenta lil dak li quddiem il-liġi kien ibnu, tant li San Luqa stess jirreferi għal Ġużeppi, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, bħala missieru: “missieru u ommu” (Lq 2:33). Mar Ġerusalemm biex jippreżenta lil Ġesù, kif trid il-liġi.  

L-ewwel dettall li nixtieq noffri għal din ir-riflessjoni, li taħbat ukoll iċ-ċelebrazzjoni li qegħdin nagħmlu tas-60 anniversarju mill-inkurnazzjoni tax-xbieha għażiża ta’ San Ġużepp li seħħet fl-1 ta’ Mejju, imma qed nikkomemorawha llum, hija li l-offerta ta’ dan il-missier kienet offerta tal-fqar… Kompli aqra »