Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof jirringrazzja lill-missjunarji talli huma xhieda tal-Evanġelju madwar id-dinja

Din is-sena l-Papa Franġisku xtaq li għall-Jum il-Missjoni, aħna naħsbu f’dan is-suġġett, f’din it-tema sabiħa ħafna li tkunu ‘xhieda tiegħi’ (Atti 1:8). Jiena qed naħseb fil-missjunarji Maltin u Għawdxin madwar id-dinja li huma dawk li jwasslu l-istil tal-Evanġelju, li huma qrib il-poplu, li għandhom qalb ta’ tenerezza u ta’ kompassjoni għall-Poplu t’Alla fejn qegħdin, jirrappreżentaw ukoll l-imħabba tagħna.

Jiena nawgura lill-missjunarji Maltin u Għawdxin f’dan il-jum tal-Missjoni… Kompli aqra »

Qegħdin hawn biex l-assassinju tal-bnedmin qatt u qatt ma jkun business as usual – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Ħadd fil-ħames anniversarju mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

  Il-Knisja tal-Familja Mqaddsa, il-Bidnija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina tixbiha, parabbola b’għan speċifiku qawwi, li ried jurina li għandna dejjem nitolbu bla ma naqtgħu. It-talb hu atteġġjament li għandna lejn Alla li aħna nidraw ngħixu fil-preżenza tiegħu, li niddjalogaw miegħu. Allura nħossu fuqna l-ħarsa tiegħu imma wkoll inħalluh ikellem lil qalbna.

Tant hu hekk li fl-eżempju li jġib Ġesù jitkellem dwar imħallef li tilef il-biża’ minn Alla… Kompli aqra »

Aħna nsibu l-libertà tagħna meta nsiru qaddejja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Bertrand Vella OFM Cap. bħala kappillan tal-parroċċa ta' San Ġwann

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek,” (Lq 1:28). It-tislima tal-Arkanġlu Gabriel titnissel fuq fommna fit-talba tar-Rużarju: Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. Din it-tislima li aħna nlissnu għal ħamsin darba; hija tislima li tingħata wkoll lill-komunità li tiskopri Alla kemm iħobbha: Sliem għalik, il-Mulej miegħek,” (Lq 1:28). Il-komunità hija mimlija bil-grazzja għax hi mħaddna mill-ħniena tal-Mulej. Fil-każ tal-Verġni Marija, aħna nemmnu li ‘mimlija bil-grazzja’, hi proprju mill-bidu tal-eżistenza tagħha, fil-ġuf ta’ ommha Anna; mit-tnissil tagħha bla tebgħa… Kompli aqra »

Il-qaddisin jgħallmuna paċenzja straordinarja – L-Arċisqof

  Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq

Aħna u niċċelebraw il-festa ta’ San Franġisk, nifhmu kemm huma importanti dawn iż-żewġ aspetti, li Ġesù kien isib fl-ambjent fejn seta’ jkun f’ambjent ta’ mistrieħ, mal-ħbieb. Kien japprezza żgur ix-xogħol ta’ Marta li kienet tnaddaf u ssajjar, imma apprezza wkoll l-atteġġjament ta’ Marija li tisimgħu b’ħerqa u bi mħabba kbira.

San Franġisk jgħallimna dawn iż-żewġ aspetti. Lil uliedu spiritwali, lil ħbieb tiegħu qalilhom: ‘Oħorġu u pprietkaw, meta jkun hemm bżonn użaw il-kliem… Kompli aqra »

Il-bżonn li ċ-ċittadin iħossu rispettat quddiem il-magna tal-ġustizzja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza, għażiż President tar-Repubblika, Mr Speaker, Onor. Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni, imma fuq kollox ukoll lilek Onor. Prim Imħallef, membri kollha tal-Ġudikatura, intom u tibdew sena forensi ġdida, sena ta’ ħidma fil-Qrati tal-Ġustizzja, l-Evanġelju tal-lum jagħtina ħjiel ta’ x’għandha tkun il-missjoni tagħkom. Il-parabbola li aħna nafuha bħalha dik tas-Samaritan it-tajjeb, hi instigata minn wieħed minnkom, minn għaref tal-Liġi. Jiena jogħġobni ħafna dan it-titlu: ‘bniedem tal-Liġi li huwa għaref’ u nawgura li kull min hu espert u tgħallem iħaddem il-Liġi jkollu wkoll l-għerf mhux biss ix-xjenxa għax ix-xjenza tajba, imma l-għerf jagħti r-ruħ lix-xjenza… Kompli aqra »

Mhux iżjed reliġjon għandna bżonn imma iżjed fidi – L-Arċisqof

Quddiesa fis-27 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesu jagħżel 12 u jsejħilhom appostli. It-talba ta’ dan il-grupp hi t-talba f’isimna lkoll: “Kattar fina l-fidi” (Lq 17:5). Hi talba li għandna bżonnha. Ħafna drabi aħna marbutin mar-reliġjon u nagħmlu sewwa. Ir-religjon hi dak kollu li jgħinna niġu f’kuntatt ma’ Alla personalment u bħala komunità, bħala familja. Ir-reliġjon allura hi magħmula wkoll mis-sinjali konkreti, mir-ritwali tagħna. Aħna Malta għandna tradizzjonijiet qawwija u antiki… Kompli aqra »

Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-post għażiż għad-devozzjoni lejn l-Arkanġli u San Mikiel illum nitolbu l-ħarsien tal-arkanġli u tal-anġli. Aħna dalwaqt ukoll nagħmlu festa kbira għall-anġli kustodji kollha fit-2 ta’ Ottubru imma dawn il-jiem jibdew billi nfakkru tliet anġli li fl-Iskrittura jissemmew b’isimhom, jingħataw it-titlu ta’ arkanġli għax jingħataw missjoni importanti, u wkoll jgħallmuna bl-isem magħżul għalihom xi tfisser l-interċessjoni tal-anġli.

L-Arkanġlu San Mikiel ismu jfisser: min hu bħal Alla? … Kompli aqra »

Ħażin li jkollna l-aġendi personali tagħna fil-Knisja li huma mbiegħda ħafna mill-aġenda ta’ Ġesù

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Skolastika

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jikkonfronta l-ambjent addottiv tiegħu, Korażajn, Betsajda, bir-responsabbiltà li għandu. Nistgħu nieħdu wkoll il-Kelma tiegħu bħala stedina għal kull wieħed u kull waħda minna. Il-providenza taċ-ċirkustanzi fil-ħajja, li kull wieħed u kull waħda minna tatna missjoni fil-Knisja. Kulħadd hu importanti, kulħadd għandu rwol essenzjali biex il-komunità ta’ dawk li jemmnu f’Ġesù, li huma wkoll konxji bid-dgħufija u d-dnubiet tagħhom, ilkoll kemm aħna nkunu xhieda tal-imħabba li rċevejna, li nkunu xhieda tal-imħabba ta’ Ġesù fid-dinja… Kompli aqra »

Umiltà, solidarjetà u ħarsien – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’Jum l‑Indipendenza 2022 ippermettuli naqsam magħkom tliet ħsibijiet ispirati mill‑Kelma ta’ Alla li qrajna llum (Lq 14:1,7‑14). Fl‑Evanġelju meħud minn San Luqa, Ġesù jirrakkomanda lill‑mistednin biex ma jfittxux l‑aħjar postijiet mal‑mejda, imma jfittxu l‑post umli; imbagħad min stedinhom, ikun hu li jieħu ħsieb ir‑rikonoxximent soċjali u l‑eżaltazzjoni tagħhom.

Nidħlu fil‑politika b’umiltà

Din l‑istedina mhijiex biss stedina għal etikett formali u essenzjali ta’ korrettezza u korteżija imma hija wkoll tagħlima biex f’kulma nagħmlu, b’mod speċjali dak li hu servizz pubbliku, nevitaw il‑marda u l‑kankru tal‑‘arriviżmu’, jiġifieri li ninqdew bil‑politika biex naslu l‑ewwel u jkollna rikonoxximent u nistagħnew… Kompli aqra »

Nitolbu lill-Mulej biex inkunu bħal ommu li semgħet il-kelma u għamlitha – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kliem li jinstema’ pjuttost iebes għalina għax donnu Ġesu mhux qed jagħti ċans lil ommu biex tarah u anke lill-familjari tiegħu lil ħutu biex jarawh. Imma hu b’dan il-kliem jagħżel il-familja l-ġdida tiegħu li huma dawk li jisimgħu l-kelma u jagħmluha (Lq 8:21). 

Aħna min jaf kemm nisimgħu l-kelma imma mhux dejjem nagħmluha. Imdawlin minn dan l-Evanġelju ejjew nitolbu lill-Mulej biex inkunu bħall-mamà tiegħu li semgħet il-kelma u għamlitha… Kompli aqra »