Id-dgħufija tagħna m’għandhiex tfixkilna – L-Arċisqof
20/10/2022 Il-Monasteru ta’ Sant’Ursola, Il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għalina hija dejjem kelma iebsa li nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar il-firda, anzi jgħid: “Jiena ġejt inġib il-firda,” (ara Lq 12:51) meta aħna nafu u nsellmulu bħala l-prinċep tas-sliem, il-prinċep tal-paċi. Jgħidilna: “Jiena ġejt inġib il-paċi fid-dinja”; it-tislima tiegħu li jirrepeti l-Isqof f’kull quddiesa li jqaddes hija ‘l-paċi magħkom’. Għal liema firda qiegħed jgħid?
L-Evanġelju ta’ San Luqa, kif nafu, kien miktub fi żmien il-persekuzzjoni u ħafna familji ġarrbu t-traġedja tal-firda minħabba l-persekuzzjonijiet… Kompli aqra »