Il-Kelma tal-Arċisqof

Vokazzjoni mimlija tbatija li timbuttaha għall-karità – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Żewġ nisa jiltaqgħu u mhumiex weħidhom għax fil-ġuf tagħhom qed iġorru lil uliedhom. Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta hi l-laqgħa ta’ erba’ persuni: iż-żewġ ommijiet u wliedhom fil-ġuf. Tant hu hekk li Eliżabetta tistqarr li malli semgħet il-vuċi ta’ Marija, it-tarbija li kellha fil-ġuf qabżet bil-ferħ (Lq 1:45). Tarbija fil-ġuf diġà għalqet sitt xhur, mentri t-tarbija li l-Madonna qiegħda ġġorr fil-ġuf tagħha, l-Iben t’Alla magħmul bniedem, għadu kif tnissel għax il-Madonna tiġi mbuttata mill-imħabba lejn il-proxxmu, propju kif tisma’ lill-anġlu Gabrijel jgħidilha: “Il-qariba tiegħek Eliżabetta diġa qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lq 1:36)… Kompli aqra »

Niċċelebraw ir-realtà li Alla magħna – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna l-bnedmin nassoċjaw it-tluq ta’ xi ħadd għażiż ma’ mument ta’ niket. Niftakarni ċkejken immorru l-ajruport kull darba li kienu jiġu l-qraba tagħna msefrin biex narawhom sejrin. Fi tfuliti kont tista’ titla’ fil-gallerija biex tarahom anke telgħin l-ajruplan u kien ikun mument ta’ qsim il-qalb. Daqskemm kien ikun kbir il-ferħ li tilqa’ lil xi ħadd li ilek ma tarah, daqshekk kien ikun ta’ swied il-qalb u ta’ tbatija l-mument li terġa’ tinfired minn xi ħadd għażiż… Kompli aqra »

Nużaw il-ġid tagħna biex inkomplu l-missjoni tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Festa tal-Madonna tal-Karità

  Il-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel instint ta’ Marija wara t-tħabbira tal-anġlu, fir-rakkont li jagħtina Luqa, hu “li qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta. L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’dan il-mument, b’din id-deċiżjoni ta’ Marija. Nafu u niftakru li l-anġlu Gabrijel lil Marija taha sinjal; li dak li kien qed jgħidilha, u dak li kienet wegħedha, mhux biss kien iseħħ imma kien ser iseħħ bil-qawwa ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-ħbiberija ma’ Ġesù tilliberak – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù donnu għandu ħerqa kbira biex ma jibqax magħna u din hi xi ħaġa stramba għax aħna tant inħobbuh u hu tant iħobbna, li nixtiequ li jkun dejjem magħna u aħna nkunu miegħu.

Ir-risposta hi li Ġesù, għalkemm ma narawhx bħalma naraw lil xulxin, xorta għadu magħna u fil-fatt jibagħtilna lill-Ispirtu s-Santu li hu jsejjaħlu d-‘difensur’ propju biex jibqa’ magħna… Kompli aqra »

Is-saċerdozju hu li tingħaqad mal-offerta ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa mas-saċerdoti l-ġodda

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ħin minnhom jgħid frażi li hemm bżonn nifhmuha u nixtarruha. “Il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier” (Ġw 14:30-31). Xi jrid jgħid Ġesù? Ġesù konxju li waslet is-siegħa tiegħu. Kien ħabbarha għal darba, darbtejn, tlieta “li se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar, u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani, biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh” (Mt 20:18-19)… Kompli aqra »

Ilqgħu lil uliedkom bħalma jilqagħhom Alla l-Missier li ħalaqhom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jirrealizza li t-tmiem tassew wasal. Ġuda se jkompli bil-pjan tiegħu li jittradih, ibigħu għal 30 biċċa tal-fidda u dak li [Ġesù] kien irrepeta għal darba, darbtejn, tlieta lid-dixxipli fl-aħħar se jseħħ. “Bin il-Bniedem jiġi mogħti f’idejn il-kapijiet, iżebilħuh, isalbuh, wara tlett ijiem iqum” (Mk 8:31).

Hu jitkellem dwar dan il-proċess ta’ glorja b’kategorija li għalina hi ħafna stramba għax il-glorja għalina hi show of force, il-qawwa, il-poter, il-prestiġju… Kompli aqra »

“Titilfux il-paċi” – Il-parir tal‑Arċisqof lit-tliet saċerdoti l-ġodda

L-ordinazzjoni ta' Dun Sean Abela, Dun Jean Claude Attard u Patri Robert Calleja OFM Conv.

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Għeżież djakni li l-Mulej qed jagħżilkom għall-Ordni tal-Presbiterat, il-mistoqsija li jagħmlilkom Ġesù llum kif jagħmel lil kull wieħed u waħda minna hija l-istess mistoqsija li għamel lil Pietru fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Tiberijade: “Tħobbni, inti?” (Ġw 21:17).

Mill-frażi ta’ Ġesù “Jekk xi ħadd iħobbni” nifhmu li r-relazzjoni tagħna miegħu trid tkun relazzjoni ta’ mħabba… Kompli aqra »

Ġesù: l-ewwel appostlu, il-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù għal diversi drabi f’din is-silta tal-Evanġelju, mill-kapitlu 13 ta’ San Ġwann, juża l-kelma ‘nibgħat’, ‘mibgħut’; minn fejn ġejja l-kelma ‘appostlu’. Hu qed jibgħatna f’ismu. Imma qabelxejn qed ifakkarna li hu wkoll il-mibgħut. “Min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħtni” (Ġw 13:20). L-ewwel appostlu hu Ġesù stess – hu l-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier, missier ta’ kull ħniena… Kompli aqra »

Mhux jitlobna ħajja perfetta imma li nafdaw fil-kelma tiegħu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post u l-ħin u għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-ragħaj it-tajjeb, fir-raba’ Ħadd wara l-Għid.

L-ewwel nett kienet ix-xitwa. Immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ovvjament Ġesù ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Kompli aqra »

Il-bżonn tal-manswetudni fil-familji u fis-soċjetà tagħna – L-Arċisqof fil-festa ta’ Dun Ġorġ Preca

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  L-Awditorjum tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi” (Salm 119:35). Dun Ġorġ ħadem bi sħiħ biex aħna lkoll nagħrfu dawn il-mogħdijiet tal-kmandamenti ta’ Alla u nsibu l-għaxqa tagħhom u tagħna fih. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Kemm hu vers sabiħ mis-Salm 119. Għaliex il-qalb tinġibed fl-imħabba. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Ħafna drabi nibbażaw l-ubbidjenza tagħna lejn il-kmandamenti fuq il-biża’: nibża’ mill-infern, nibża’ fuq li jgħidu n-nies, nibża’ minn dak li jiġrili… Kompli aqra »