Il-Kelma tal-Arċisqof

Nisimgħu u nirriflettu: il-parir tal-Arċisqof għall-aħħar tas-sena

Quddiesa ta' ringrazzjament fl-aħħar jum tas-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nisimgħu l-Evanġelju tal-lum skont San Luqa, ninnutaw diversi atteġġjamenti li nixtieq nipproponi fit-tmiem ta’ din is-sena u fil-bidu tas-sena tal-Ġublew, li inawgurajnieh il-Ħadd li għadda 29 ta’ Diċembru, u jkompli sas-6 ta’ Jannar 2026.

Ir-ragħajja semgħu messaġġ u marru jgħaġġlu sabiex jiltaqgħu mal-Mulej. Ma semgħux biss il-messaġġ imma laqgħuh. B’għaġla, bdew proċess u ltaqgħu mal-Mulej, fejn “sabu lil Marija u lil Ġuzeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura” (Lq 2:16)… Kompli aqra »

It-tama tagħna hi Ġesù – L-Arċisqof fil-ftuħ tal-Ġublew 2025

Quddiesa fil-ftuħ tal-Ġublew 2025 fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għeżież, “araw b’liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew” (1 Ġw 3:1). Din il-kelma tal-Appostlu San Ġwann, fl-ewwel ittra  tiegħu, tkun ta’ kuraġġ għalina, aħna u nibdew il-Ġublew Imqaddes tas-sena 2025. Ġublew, li l-Papa jixtieqna li fih nikbru bħala pellegrini ta’ tama. Il-pellegrin hu bniedem f’mixja; il-pellegrin ta’ tama jaf li hemm wegħda, kelma, li mhux se tonqos, u li mhux se tqarraq bih… Kompli aqra »

Insejsu l-familji tagħna fuq il-fiduċja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi

  Il-Bażilika Minuri ta’ San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din il-festa tal-familja Mqaddsa, din is-sena, is-silta minn San Luqa toħodna meta l-Mulej kellu 12-il sena. Tifel Lhudi ta’ 12-il sena kien jitqies tifel adult u kien jibda jissejjaħ Bin il-Patt (Bar Mitzvah) u allura seta’ jaqra fis-sinagoga, seta’ jistaqsi l-mistoqsijiet, jidħol fid-djalogu mal-għorrief fis-sinagoga.

Ġesù jmur mal-ġenituri f’Ġerusalemm għall-festa tal-Għid u ta’ 12-il sena jibda jieħu sehem fil-ħajja tas-sinagoga bħal wieħed adult… Kompli aqra »

Insiru pellegrini tat-tama

Photo: Unsplash Message by Archbishop Charles J. Scicluna

Pope Francis made a profoundly symbolic gesture on Christmas Eve when he eased open the Holy Door of St Peter’s Basilica, and declared that it will remain open for the special Jubilee Year 2025 during which the faithful are encouraged to make pilgrimages to Rome. 

The aim of the Jubilee, the Holy Father said, is “to bring hope to the interminable, dreary days of prisoners, to the cold and dismal lodgings of the poor, and to all those places desecrated by war and violence”… Kompli aqra »

Stedina biex nilqgħu s-Sid tal-Ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. id-dawl li jiddi fid-dlam imma d-dlam ma għelbux” (Ġw 1:4-5).

F’dan il-Milied qaddis nixtieq noffri riflessjoni ċkejkna ispirata minn dawn l-ewwel kelmiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, dak li aħna nsejħlulu bħala l-prologu ta’ San Ġwann.

It-talba tiegħi hi li anke llum fis-soċjetà tagħna, fl-Ewropa għażiża tagħna u fid-dinja, il-ħajja tkun id-dawl tal-bnedmin… Kompli aqra »

Tarbija li tkeċċi l-biża’ minn qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lq 2:10). F’dan il-lejl qaddis tal-Milied, l-istedina ta’ din it-tarbija ċkejkna hi biex aħna ma nibżgħux. Jista’ jkun li fid-dinja, fil-ħajja tagħna, hemm ħafna affarijiet li jafu jbeżgħuna, iħawduna, jinkwetawna. Illum il-Mulej, waqt li jistedinna nħarsu lejn ibnu mwieled tarbija, permezz tal-anġlu jgħidilna: “Tibżgħux”.

Imma għaliex m’għandniex nibżgħu, aħna li nisimgħu l-aħbarijiet; nisimgħu dwar gwerer, epidemiji, vjolenza, qtil; għaliex m’għandniex nibżgħu? … Kompli aqra »

Ġesù stess hu r-risposta ta’ Alla għall-fidi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Vġili tal-Milied

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-evanġelju sabiħ isemmi ħafna ismijiet. In-nisel ta’ Ġesù li jibda minn Abraham, jgħaddi lil David, imbagħad lill-ġenerazzjonijiet wara l-eżilju minn Babilonja. X’inhi t-tifsira ta’ dan in-nisel? Ġesù jitwieled f’komunità ta’ fidi. Abram hu missierna. Ġesù stess hu r-risposta ta’ Alla għall-fidi tagħna. Għandna nirrealizzaw li Alla hu mħabba u nħobbuh lura. Id-don tal-fidi jagħtina dan l-għarfien u l-qawwa tar-risposta… Kompli aqra »

Ngħożżu l-preżenza tal-ulied bħala għajn ta’ barka

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nawgura l‑Milied it‑tajjeb lil kull min qiegħed isegwini u jismagħni. Din is‑sena ddeċidejt li l‑messaġġ tal‑Milied ngħaddih minn dan il‑post għażiż, minn Hospice Malta; tradizzjonalment nafuh ukoll bħala l‑Istitut Cini. X’kien ifisser għall‑Maltin u l‑Għawdxin dan l‑ambjent?

L‑Istitut Cini beda proprju bħala fabbrika li kienet tipproduċi l‑ikel. Il‑familja Cini, hawnhekk kellha l‑fabbrika tal‑għaġin. Adelaide Cini, fis‑seklu 19, użat il‑fabbrika tal‑familja tagħha biex tilqa’ tfajliet li kellhom bżonn il‑protezzjoni u d‑dinjità… Kompli aqra »

Inkunu qaddejja vera t’Alla u billi nkunu qaddejja ta’ xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Bartilmew, Ħal Għargħur

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadu kemm qara Fr Chris hi laqgħa bejn żewġ nisa. Marija wara t-tħabbira tal-Anġlu, tirrealizza, għax hekk qalilha l-Anġlu Gabrijel, li l-qariba tagħha Elizabetta diġà qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala tagħha, u hi wkoll saret tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

U din il-mara żagħżugħa tqila ġġorr it-tarbija tagħha tiddeċiedi li titlaq minn Nazaret u tmur f’raħal ċkejken u ħelu, Għajn Karem, u tmur biex tiltaqa’ ma Elizabetta… Kompli aqra »

“Kif nistgħu naħdmu iżjed għall-paċi?” – L-Arċisqof

Milied Flimkien

  Il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-lejl qaddis tal-Milied, fil-parroċċi tagħna, hemm tradizzjoni ħelwa li jkollna tifel jew tifla – tfal ċkejknin – li jagħmlu riflessjoni qasira, li nsejħulha l-prietka tat-tfal. U ħafna drabi, din il-priedka tibda b’silta mill-Evanġelju skont San Luqa, li tfakkar fil-kelmiet tal-anġli lir-ragħajja. “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba!” (Lq 2:14) lill-bnedmin li Alla jħobb… Kompli aqra »