Min irid ikompli l-gwerra jkebbes il-mibegħda bejn il-bnedmin – L-Arċisqof
Quddiesa fl-okkażjoni tas-750 sena mill-mewt ta' San Tumas t'Akwinu
28/01/2024 Il-Knisja Dumnikata tal-Lunzjata, il-BirguL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kafarnahum kienet belt ħelwa ċkejkna fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Ġenezaret jew ta’ Tiberijadi jew il-baħar tal-Galilija, għalkemm huwa baħar ta’ ilma ħelu, għadira kbira ħafna. Min ikollu x-xorti, meta forsi jispiċċa u jieqaf l-inkwiet – ma nafx meta – iżur l-Art Imqaddsa, waħda mill-pellegrinaġġi importanti hi propju fuq din l-għadira, anke Kafarnahum fejn għad hemm il-fdalijiet tas-sinagoga li fiha daħal Ġesù u fiha wkoll seħħ l-episodju li smajna llum fl-Evanġelju skont San Mark… Kompli aqra »