Il-Kelma tal-Arċisqof

X’inhi l-missjoni ta’ Ġesù? Isalva lili u lilek – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-profeta Iżaija, f’waħda mill-għanjiet tal-qaddej tal-Mulej, dik li qrajna fil-bidu ta’ din il-liturġija solenni, jgħid hekk: “Tajt dahri lil dawk li kienu jsawwtuni, ħaddejja lil dawk li kienu jnitfuli lħiti; ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq. Sidi l-Mulej jgħinni, għalhekk ma nitħawwadx; għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied, jien naf li ma jkollix mniex nistħi” (Iż 50:6-7).

Ġesù jirreferi għal din is-siegħa bħala s-siegħa tad-dlamijiet, imma f’qalbu, marbuta mar-rieda ta’ Missieru, hemm it-tama tal-qaddej umli li m’għandux mniex jistħi… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – Ħadd il-Palm

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-Ħadd il-Palm 2022

Evanġelju: Lq 19:28-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad it-triq u beda tiela’ lejn Ġerusalemm, miexi quddiem l-oħrajn. U meta wasal qrib Betfaġe u Betanja, ħdejn l-għolja li jgħidulha taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru fir-raħal ta’ biswitna; kif taslu, issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. Jekk xi ħadd jistaqsikom: “Għalfejn qegħdin tħolluh?”, għidulu hekk: “Il-Mulej għandu bżonnu”… Kompli aqra »

F’Jum id-Duluri, nifhmu u napprezzaw it-tenerezza tal-Madonna – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż għalina, għad-devozzjoni popolari tal-Maltin u l-Għawdxin, ejjew nifhmu dak li xtaq Ġesù, imsallab fuq is-salib aħrax, li ħejjejnielu. Meta ra lil ommu u ddeċieda li jafdaha, mhux lil oħtha li kienet hemm. L-Evanġelju stess jgħid li m’ommu kien hemm: “oħt ommu” (Ġw 19:25). Kien hemm xi ħadd mill-familja. Imma hu ddeċieda li jafda lil ommu lid-dixxiplu l-maħbub… Kompli aqra »

Ersaq lejn il-qawwa li jagħti Ġesù għall-maħfra ta’ dnubietna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kapitlu 8 ta’ San Ġwann hu forsi wieħed mill-iżjed diffiċli għax hemm djalogu iebes ħafna, polemika bejn Ġesù u l-Fariżej, Ġesù u l-Lhud. U l-kwistjoni hi: min hu Ġesù u l-għarfien tiegħu nnifsu. “Int x’taħseb li int?” (Ġw 8:53).

Min jaf kemm dil-ħaġa ngħiduha lil min iwassalna għand Ġesù u jwasslilna l-Kelma tiegħu. Imma Ġesù jibqa’ jinsisti li hu jobdi lill-Missier, iħares il-kelma tiegħu u li Abraham, missierna fil-fidi, hu dak li ra l-jum ta’ Ġesù: “Rah,” qal, “u feraħ” (Ġw 8:56)… Kompli aqra »

Ġesù min hu għalija? Statwa tal-kartapesta? – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kapitlu 8 ta’ San Ġwann hu kapitlu, fejn ir-raba’ Evanġelju jippreżentalna konflitti kbar bejn Ġesù u l-establishement reliġjuż ta’ dak iż-żmien: il-Fariżej, il-Kittieba. U fil-fatt fil-bidu ta’ dan l-Evanġelju jitkellem mal-Fariżej, dawk li kienu l-għorrief tal-liġi, dawk li kellhom il-qawwa jinterpetaw il-liġi u jgħidu lill-poplu kif għandu jsegwi l-liġi.

Jinsisti magħhom fuq xi ħaġa li ma jiħdux gost biha… Kompli aqra »

Nisimgħu u nilqgħu lill-Papa fostna – L-Arċisqof lit-tfal waqt il-preżentazzjoni ‘Ilkoll Aħwa’

Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għeżież tfal u studenti,

Hi ħaġa sabiħa li llum ltqajtu biex mhux biss tifirħu bil-fatt li l-Papa Franġisku dalwaqt ikun magħna imma wkoll titolbu għalih u tippreżentawlu l-frott tal-ħidma u tax-xogħol tagħkom, li naf għax qaluli, li għamiltuh b’entużjażmu kbir.

Nixtieq nitlobkom pjaċir personali. L-ewwel nett nitolbu biex is-Sibt u l-Ħadd li ġej ikollna temp sabiħ għax intom tifhmu li jekk tagħmel ix-xita jew riħ kiesaħ inbatu naqra u l-ħajja tkun ikkumplikata għal kull wieħed u waħda minnha.  Imma fuq hekk nitobu u nħallu f’idejn Alla… Kompli aqra »

Jitkejjel lilna kif inkejlu ma’ xulxin – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù hi ċara ħafna. Anke l-parabbola li jagħtina llum hi parabbola qawwija u għażiża. Aħna min jaf kemm-il darba, kuljum, għandna bżonn nitolbu maħfra lil Alla ta’ xi nuqqas, ta’ xi dnub, ta’ xi falliment, ta’ xi kattiverja. Imbagħad insibuha bit-tqila, li dak li Alla jagħmel magħna, nagħmluh ma’ ħaddieħor. Għalhekk il-Mulej, fit-talba li għallimna, għallimna nitolbu hekk: “Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil minn hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Kompli aqra »

Irridu nieħdu paċenzja bina nfusna u l-ewwel paċenzja trid teħodha bik innifsek – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Randan fejn sar l-iskrutinju tal-Katekumeni

  Is‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jibda minn żewġ fatti li ġraw fi żmienu. Wieħed minnhom kien att vjolenti ħafna, traġiku, abbuż kbir ta’ poter: Pilatu li joqtol diversi Lhud mill-Galilija li kienu qegħdin joffru s-sagrifiċċju, xi ħaġa li forsi ma għoġbitux u b’risposta qatilhom u kif jgħid Ġesù din l-espressjoni qawwija ħafna: “ħallat demmhom mal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom” (Lq 13:1).

Il-mistoqsija ta’ Ġesù hi mistoqsija li jagħmel ukoll lilna: “Taħsbu intom li dawn kien jistħoqqilhom din il-mewta kiefra, dan it-tmiem krudili? … Kompli aqra »

“Li tkun preparat, speċjalment fir-Randan, ifisser li terġa’ tiskopri s-sbuħija tal-paċenzja u l-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

Quddiesa għall-Kattoliċi barranin f'Malta

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Today’s Gospel starts from an event that happened during the time of Jesus; a tragic event that Jesus mentions by name. Pontius Pilate decides to punish several Galileans that were doing sacrifices to God, without permission. They are killed as they were doing an act of worship. Jesus says: “Pilate had mingled their blood with that their sacrifices” (Lk 13,1)… Kompli aqra »