Il-Kelma tal-Arċisqof

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tielet Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tielet Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? … Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar Dun Peter Serracino Inglott: Kien kuxjenza li ċċaqlaqna

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Dun Peter Serracino Inglott fl-10 anniversarju minn mewtu

  Il-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jindirizza din il-parabbola lill-kapijiet, lill-Fariżej. Jagħti isem lill-fqajjar: “wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda” (Lq 16:20). Nafu li wieħed mill-ħbieb kbar ta’ Ġesù, kien jismu Lazzru. Ma nafux jekk il-qalb ta’ Ġesù, ftakritx fil-ħabib tiegħu, ħu Marta u Marija, meta ried jagħti isem lil dan il-fqir.

L-għani m’għandux isem. It-tradizzjoni tagħtih hi stess bil-Latin dives, imma dives hi ‘għani’… Kompli aqra »

Hemm għalfejn jidhrulna affarijiet mid-dinja l-oħra biex nikkonvertu? – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jgħid din l-istorja lill-Fariżej imma jgħidha lil kull wieħed u waħda minna. U ġġagħalna naħsbu. Dan l-għani kellu biex jagħti xi ħaġa x’jiekol lil Lazzru imma donnu nsieh. Lazzru kien imur ħdejn il-bieb tal-għani kuljum jittama li forsi jiekol mill-frak li jaqa’ mill-mejda tal-għani.

B’xi mod l-għani, għax ried, ħoloq abbiss, wied profond bejnu u bejn il-fqir… Kompli aqra »

Mulej saffina minn kull frugħa – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jitkellem dwar it-tmexxija, it-tmexxija anke fil-Knisja. Ħafna affarijiet li hu jilmenta dwarhom insibuhom ukoll fostna, fil-qalb tagħna. U aħna nitolbu f’dan il-jum tar-Randan biex il-Mulej isaffina minn kull frugħa, dik li l-Papa Franġisku jsejjaħlu l-ispirtu tal-mondanità, l-ispirtu tad-dinja li jitħallat mal-affarijiet qaddisa, ħallata ballata, u jitbiegħed mit-tagħlim ta’ Ġesù.

Imma ħaġa li ta’ min naħsbu ħafna fuqha, l-aħwa, hi propju l-mod kif inħarsu lejn xulxin u niġġudikaw lil xulxin għax dan l-Evanġelju jsegwi fuq dak li smajna anke lbieraħ meta qalilna: “tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati; tikkudannawx u ma tkunux ikkundannati” (Lq 6:37)… Kompli aqra »

Kif nistgħu nagħmlu għażliet tajba? – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan

  Il-Kappella fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jieħu tlieta mid-dixxipli għezież tiegħu, inzertaw tliet sajjieda: Pietru jew Xmun Pietru u ż-żewġt aħwa Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew. Jeħodhom miegħu u jsejħilhom jitilgħu fuq muntanja. L-Evanġelju ta’ San Luqa jgħidilna li t-tradizzjoni tgħid li fuq il-Muntanja Tabor u l-Evanġelju ta’ San Luqa l-Mulej inġabar fit-talb. “Ġara li huwa hu jitlob id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex” (Lq 9:29) … Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tieni Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tieni Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 9:28b-36

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fidi fih – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jgħallimna fuq it-talb; u jgħallimna l-fiduċja fuq it-talb. Ħafna drabi, meta jkollna sitwazzjoni diffiċli, bħalma hi din l-invażjoni terribbli u kiefra tal-Ukrajna; u aħna ngħidu ħa nitolbu. Dak li jkun jista’ jiddarras u jgħid: ‘issa x’se nagħmlu bit-talb, mela t-talb għandu xi saħħa kontra l-armamenti?’ Irridu nammettu li dawn iċ-ċirkostanzi jpoġġuni fi kriżi ta’ fidi. Iġagħluna nistaqsu: ‘Imma t-talb tagħna, għandu effett?’ Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fiduċja u ta’ fidi fih għax dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu bir-rieda tajba tagħna u b’idejna; irid jieħu ħsiebu Hu… Kompli aqra »

Il-gradwazzjoni tagħkom trid tkun ukoll messaġġ ta’ tama – L-Arċisqof

Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta' Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù jitkellem fuq Alla anke f’dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna, jippreferi juża l-kelma ‘missier’: “Missierkom jaf x’teħtieġu” (Mt 6:8). “Jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll” (Mt 6:14). Jalla lkoll kemm aħna għandna togħma tajba meta nisimgħu l-kelma ‘missier’. Forsi mhux dejjem hu l-każ imma nifhmu li l-paternità naturali u kull tip ta’ paternità oħra hi sejħa biex dak li jkun jieħu responsabbiltà imma fl-istess ħin jagħti libertà… Kompli aqra »

Talb li jdaħħalna f’relazzjoni intima mal-Mulej – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina tagħlim importanti għar-Randan, it-tagħlim fuq it-talb ujavżana li t-talb mhux kwistjoni ta’ tlablib, jew inkella repetizzjonijiet kontinwa ta’ formoli. Tgħiduli: ‘imma fit-talba tar-Rużarju, mhux hekk nagħmlu, għandna t-talba tas-Sliema u l-Qaddisa u ngħiduha għal 50 darba, pereżempju? Ir-Rużarju jekk issir xi ħaġa mekkanika m’għandux valur, imma r-Rużarju hu mezz kif jgħinna nimmeditaw u nitolbu fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù u tal-Madonna… Kompli aqra »

Ħadd ma jirbaħ it-tentazzjoni jekk mhux għal xi mħabba ikbar – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd in-Nies

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tentazzjonijiet ta’ Ġesù hemm it-tentażżjonijiet ta’ kull bniedem, ta’ kull wieħed u waħda minna. Għal 40 jum l-ispirtu jieħdu fid-deżert, f’ambjent ostili u l-Mulej jiġġarrab (Lq 4:2).

Tiftakru meta għallimna nitolbu u x’ngħidu fit-talba li għallimna Ġesù? “La ddaħħalniex fit-tiġrib” (Lq 11:4). Għaliex it-tiġrib, li hu parti mill-ħajja u li għadda minnu wkoll Ġesù, mhix xi ħaġa pjaċevoli… Kompli aqra »