L-Arċisqof lill-gradwati ġodda: L-għerf hu dak li jżewweġ il-moħħ u l-qalb
Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università
10/11/2021 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-għaxart irġiel morda bil-lebbra fil-komunità Lhudija ta’ 2000 sena ilu kienu kkundannati biex jgħixu ’l barra mill-komunità. Il-lebbra kienet pjaga kbira li teskludi lil dak li jkun minn kull kuntatt mill-għeżież tiegħu, mid-dinja tax-xogħol, mid-dinja soċjali.
Il-miraklu ta’ Ġesù mhuwiex biss fejqan fiżiku imma wkoll riintegrazzjoni ta’ dawn l-għaxar persuni fil-komunità. Tahom, biex ngħidu hekk il-kapaċita tat-tgħanniqa lill-maħbubin tagħhom, tat-tislima lill-ħbieb tagħhom, tad-dinjita tax-xogħol, tar-rwol tagħhom fis-soċjetà… Kompli aqra »