Inwasslu lill-proxxmu tagħna għand Ġesù – L‑Arċisqof
Quddiesa fit-tifkira ta' San Kallistu
14/10/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dak li smajna fl-Evanġelju tal-lum hija preokkupazzjoni kbira li dejjem qiegħda mal-Knisja u Ġesù jesprimiha f’din ix-xbieha tal-muftieħ li l-għorrief tal-liġi — illum ngħidulhom il-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġi tal-Knisja wkoll) — jgħidilhom: “Intom ħtaftu l-muftieħ tal-għerf, biex imbagħad intom stess ma dħaltux u żammejtu lura lil min ried jidħol!” (Lq 11:52) Il-muftieħ jiftaħlek l-għerf imma l-għerf jibda mill-qalb tal-bniedem… Kompli aqra »