Il-Kelma tal-Arċisqof

“L-Ewkaristija tgħallimna li hemm kontinwazzjoni bejn din il-ħajja u l-ġenna” – L-Arċisqof

Quddiesa fid-dsatax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù qiegħed fis-sinagoga ta’ Kafarnahum, il-belt fejn ġie adottat għal tliet snin, il-belt fejn għal tliet snin għallem u fejjaq wara li telaq minn Nazaret. Silta minn dan id-diskors smajnieha fl-Evanġelju tal-lum mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann fejn jitkellem propju dwar id-djalogu ta’ Ġesù bejn il-Lhud ta’ żmienu li tfixklu meta semgħuh jgħid: “Jiena hu l-ħobż li nizel mis-sema” (Ġw 6:41)… Kompli aqra »

Ninsġu n-newl li jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem – L-Arċisqof fil-festa tas-Salvatur

Quddiesa fil-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Mark ipoġġi r-rakkont tat-Trasfigurazzjoni, li qegħdin niċċelebraw illum, propju f’nofs l-Evanġelju. Huwa l-iqsar Evanġelju li nkiteb b’16-il kapitlu. F’kapitlu 8 San Mark ipoġġi din l-esperjenza straordinarja ta’ Ġesù li jixduha biss tlieta mid-dixxipli tiegħu, it-tliet magħżulin.

L-Evanġelju ta’ San Mark jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù u fih ma nsibux ir-rakkont tat-twelid u tat-tfulija ta’ Ġesù. Jibda mill-ewwel bid-deċiżjoni ta’ Ġesù, il-mastrudaxxa ta’ Nazaret, li jissieħeb mal-ġgajta jitlob il-magħmudija ta’ ndiema li kien qed joffri Ġwanni l-Għammied, Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

Naċċettaw ir-rieda ta’ Alla bla tgergir – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Rari naqraw din is-silta b’mod sħiħ. Ħafna drabi nieqfu fil-kelma sabiħa ta’ Ġesù lil Pietru li jirrikonoxxi l-kelma tal-missier permezz tal-appostlu u jgħidlu: “Int tkellimt hekk għax imnebbaħ minn missieri li hu fis-smewwiet. “Mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma missieri li hu fis-smewwiet” (Mt 16:17). Imma Pietru ma tlumux li jibqa’ jirraġuna ta’ bniedem li hu.

Meta Ġesù jibda jitkellem dwar il-ħtieġa li jbati, li jkun miċħud, li joqtluh u li jqum fit-tielet jum… Kompli aqra »

Ġesù għandu l-qawwa jfejjaqna u jsalvana – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fir-rakkont li jagħtina San Mattew ta’ dan il-mument meta Ġesù jiltaqa’ ma sħabu fuq il-baħar, jidħol ukoll il-persunaġġ ta’ Pietru. Pietru donnu jagħmel sfida ħelwa lil Ġesù: “Jekk hu int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma”, “Ejja” (Mt 14:28-29).

Dik il-kelma hi kelma li Pietru semagħha: “Ejja warajja”. Din id-darba Ġesù jilqa’ l-isfida ħelwa ta’ Pietru u jagħtih l-istess qawwa tiegħu: li jimxi fuq l-ilma… Kompli aqra »

Ħarsa ta’ ħlewwa, mogħdrija u ħniena – L-Arċisqof

Quddiesa bl-ordinazzjoni djakonali ta' Patri Robert Calleja OFM Conv.

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Imqaddsa Ta' Marija, Burmarrad

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.” (Lq 1:49) Hekk kantajna fis-salm responsorjali, f’din il-festa ta’ Sidtna Marija tal-Anġli, li tfakkarna fil-Porziuncola, ġewwa Assisi, fl-inizjattiva feliċi ta’ San Franġisk, li joffri lil ħutu u lilna l-bieb tal-ħniena. Bieb miftuħ fuq il-ħniena ta’ Alla. Din hija waħda mill-festi l-kbar tal-ħniena ta’ Alla. Kull min f’dan il-jum, jew dawn il-jiem iżur il-parroċċa tiegħu, jaqla’ l-maħfra tat-tpattija kollha ta’ dnubietu… Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura l-pittura tal-koppla tal-knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il-Birgu

Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna ppresjeda l-akkademja mużikali li saret fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Il-koppla tal-knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu nbniet fl-1954, wara li dik antika ġġarrfet kawża tal-attakk fuq HMS Illustrious f’Jannar 1941. Tħalliet fuq il-ġebla sakemm l-Arċipriet preżenti, il-Kan. Dun Karm Busuttil, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, daħlu għall-proġett tal-pittura, id-dekorazzjoni u l-induratura tagħha… Kompli aqra »

Il-Mulej iwegħedna ħajja ta’ dejjem fis-sliem bla turufnament – L-Arċisqof

Omelija b'tifkira ta’ Santa Marta, Santa Marija u San Lazzru

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jlaqqa’ flimkien lit-tliet ismijiet għeżież: Marta, Marija u Lazzru. Lazzru mhux parti mid-djalogu għax f’dan il-mument, mill-kapitlu 11 ta’ San Ġwann, Lazzru qiegħed fil-qabar u ilu mejjet għal erbat ijiem.

Marija baqgħet id-dar miġbura; hi Marta li toħroġ tilqa’ l-Imgħallem u tagħmel djalogu ħafna profond miegħu. Jekk aħna nammiraw lil San Pietru li, ispirat mill-Missier, jistqarr min hu Ġesù:  “Inti l-Messija, l-lben t’Alla ħaj” (Mt 16:16), illum irridu niftakru li l-Mulej inebbaħ lil Marta wkoll biex tgħid l-istess kliem: “Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja” (Ġw 11:27)… Kompli aqra »

Ma tistax tħobb lil Alla u tobgħod lil bniedem xbieha t’Alla – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din hi waħda mill-ftit parabboli li Ġesù jispjega fid-dettall. Ilbieraħ qrajna l-parabbola ta’ dak li żera’ żerriegħa tajba, imbagħad bil-lejl ġie l-għadu tiegħu hu żera’ s-sikrana. Il-ħaddiema jgħidulu: “Tridx immorru niġbruha?” is-sikrana. Jgħidilhom: “Le… Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: ‘Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi” (Mt 13:29-30)… Kompli aqra »

Napprezzaw l-għerf tan-nanniet tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hu sabiħ il-versett li qrajna fis-salm ta’ dan is-17-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena: “Iftaħ idek, Mulej, ferraħna bil-ġid li tagħtina” (S144:16). Minn dan il-Ħadd bdejna naqraw kapitlu sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Ġwann. Għalkemm il-Ħdud ta’ din is-sena huma ddedikati lill-Evanġelju ta’ San Mark, li huwa Evanġelju qasir, f’dawn il-Ħdud li ġejjin se nieqfu ftit minn San Mark u naqraw minn kapitlu 6 mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li jibda propju jibda bir-rakkont ta’ Ġesù li jkattar il-ħobż u l-ħut li offrielu tifel u tema’ 5,000 raġel u lil kull min kien hemm magħhom… Kompli aqra »

Stedina biex niftħu tieqa fuq realtà lil hinn minn dik li qed naraw – L‑Arċisqof

L-inawgurazzjoni tar‑restawr tal‑oratorju fil‑Konkatidral u l‑ftuħ tal‑Caravaggio Wing

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Membri Parlamentari, Rev. Prof. Emmanuel Agius, il-membri kollha tal-Kunsill tal-Fondazzjoni, membri tal-Kapitlu Metropolitan, Sinjura Kuratriċi, Sindku, rappreżentanti ta’ Heritage Malta, Supretendent tal-Beni Kulturali Kurt, u tant personalitajiet distinti, merħba u grazzi tal-preżenza tagħkom.

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema ta’ qabli talli wrewna propju dak li qed nistennew li naraw illejla: ambjenti li reġgħu ħadu l-ħajja fis-sbuħija kollha tagħhom… Kompli aqra »