“L-Ewkaristija tgħallimna li hemm kontinwazzjoni bejn din il-ħajja u l-ġenna” – L-Arċisqof
Quddiesa fid-dsatax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena
08/08/2021 Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-XemxijaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù qiegħed fis-sinagoga ta’ Kafarnahum, il-belt fejn ġie adottat għal tliet snin, il-belt fejn għal tliet snin għallem u fejjaq wara li telaq minn Nazaret. Silta minn dan id-diskors smajnieha fl-Evanġelju tal-lum mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann fejn jitkellem propju dwar id-djalogu ta’ Ġesù bejn il-Lhud ta’ żmienu li tfixklu meta semgħuh jgħid: “Jiena hu l-ħobż li nizel mis-sema” (Ġw 6:41)… Kompli aqra »