Il-Kelma tal-Arċisqof

Nitolbu maħfra għal meta ma naċċettawx l-iżbalji ta’ ħaddieħor – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-sitt Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Bartilmew Appostlu u l-Madonna tal-Bon Kunsill, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark jikkonkludi b’din is-silta li għadna kemm smajna u li qara Dun Chris, l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien.

Hemm xi elementi importanti ħafna li jagħtina dan l-Evanġelju li nixtieq naqsam magħkom f’dan il-jum li huwa ukoll għażiż għall-maħbubin. Il-ġurnata ta’ San Valentinu din is-sena inzertat il-Ħadd u allura l-Isqof ma jistax jinjora dan, avolja mhux parti mill-kalendajru universali tal-Knisja… Kompli aqra »

Ngħaqqdu t-tbatija tagħna mas-salib ta’ Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Morda u mill-ewwel dehra tal-Madonna f'Lourdes

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħmel ħiltu kollha biex jgħix ir-rieda tal-Missier u r-rieda tal-Missier hija s-salvazzjoni tal-poplu tiegħu, ta’ Iżrael. Iktar ’il quddiem jagħraf ukoll li huwa mibgħut għall-ġnus.

F’din l-ewwel laqgħa ma’ rappreżentanta tal-ġnus, din il-mara Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha, Ġesù jidħol f’kunflitt. Qed titolbu l-għajnuna. Mhijiex parti mill-poplu ta’ Iżrael. Imma l-umiltà tagħha tipperswadih mill-fidi tagħha. Hi lesta tilqa’ wkoll il-loqom li jaqa’ mill-mejda ta’ Iżrael u tissieħeb mal-fidi f’Alla li huwa ħaj għaliex f’Ġesù tara dak li jista’ jgħinha… Kompli aqra »

“Għażiż Missierna Pawlu, keċċi minn ġo nofsna kull mard, kull għelt għal ruħna” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

San Pawl telaq minn Ġerusalemm mimli ħeġġa bl-awtorizzazzjoni tal-qassis il-kbir biex imur Damasku u hemmhekk “jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm. Huwa u sejjer kif qorob lejn Damasku, f’daqqa waħda” madwar Sawl, Lhudi  minn Tarsu, Pawlu ċittadin Ruman, “idda madwaru dawl mis-sema. Waqa’ fl-art u sema leħen jgħidlu: ‘Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?’ ‘Min int, Mulej?‘ U l-leħen wieġbu: ‘Jiena Ġesu li int qiegħed tippersegwitah imma issa qum u idħol il-belt u hemmhekk jgħidulek x’għandek tagħmel’ Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: xi jfisser it-talb għalina?

Quddiesa fil-ħames Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Bartilmew Appostlu u l-Madonna tal-Bon Kunsill, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Ħadd li għadda rajna l-konfront ta’ Ġesù max-Xitan fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u l-ewwel kapitlu ta’ San Mark ikompli bir-rakkont u jagħtina l-esperjenza tad-dixxipli ta’ Ġesù kif ħarġu mis-sinagoga. Is-sinagoga kienet il-post fejn jiltaqa’ l-Poplu ta’ Alla biex jitlob u biex jikkontempla u jimmedita fuq il-Kelma tal-Mulej. Għalhekk staqsew lil Ġesù biex jikkummenta l-Iskrittura.

Illum l-Evanġelju jeħodna ġo dar ta’ familja… Kompli aqra »

Is-sagrament tad-Dilka tal-Morda jsaħħaħ l-ispirtu u l-ġisem, u jaħfer id-dnubiet – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda jittrenja lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk għandna l-ewwel esperiment li għamel u jsejjaħ lit-tnax. ’Il quddiem isejjaħ grupp ikbar ta’ 72. F’din l-esperjenza Ġesù jipprova jgħaddi l-qawwa tiegħu fuq il-ħażen u fuq il-mard lid-dixxipli tiegħu. Jibagħthom tnejn tnejn. Ħafna mill-għorrief tal-Knisja, is-santi padri, jikkummentaw li ma bagħathomx wieħed wieħed, bagħathom tnejn tnejn għaliex fl-għaqda ta’ bejniethom mhux biss se jkunu sapport għal xulxin imma se jagħtu xhieda wkoll li huma aħwa għalkemm mhumiex aħwa… Kompli aqra »

Qalb safja hija dik il-qalb li taf tagħder u tħenn – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u l-Ħajja Kkonsagrata

  Il-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi, San Ġiljan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Diġà għaddew 40 jum mill-festa tal-Milied u bħalma nagħmlu kull sena llum imbierku x-xemgħat mixgħula f’idejna biex infakkru fil-profezija sabiħa ta’ Xmun, raġel anzjan li meta ħa t-tarbija Ġesù f’idejh qal: “Dan huwa d-dawl tal-ġnus” (Lq 2: 32). Qal ukoll li din it-tarbija hija s-salvazzjoni: “Għajnejja raw is-salvazzjoni” (Lq 2:30). Sejjaħlu wkoll “Glorja ta’ Iżrael” (Lq 2:32).

Dawn huma titli sbieħ għat-tarbija Ġesù; hija l-profezija li dan l-anzjan, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, iwassal u jifhem li hu qiegħed jara dak li stenna: il-faraġ ta’ Iżrael… Kompli aqra »

Il-mibgħeda tax-Xitan u l-paċi tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-raba' Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn il-Ħdud qegħdin inkomplu naqraw mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Kapitlu pjuttost twil u fih San Mark jippreżenta l-qofol tal-missjoni ta’ Ġesù.

Tissemma l-belt Kafarnahum li tfisser il-belt ta’ Naħum, Kafar Naħum. Hija belt li kienet u għadha fuq ix-xatt ta’ din l-għadira l-kbira, il-Baħar ta’ Tiberijade. Kafarnahum kienet saret, biex ngħidu hekk, il-belt adottiva ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Ġesù ġie bħala dawl – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Tumas t'Aquino

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mis-sinjali ta’ San Tumas d’Aquino hija li fuq is-sider tiegħu jkun hemm qisha bħal xemx tiddi ħafna. Ħafna drabi l-qaddisin nagħrfuhom b’xi sinjal li f’kull, biex ngħidu hekk, rappreżentazzjoni tagħhom, ikun preżenti biex jiddistingwihom minn qaddis ieħor.

San Tumas kien verament dawl u Ġesù fl-Evanġelju jitkellem fuq il-musbieħ li jitpoġġa mhux taħt is-sodda biex jinħeba imma fuq l-imnara (Mk 4:21)… Kompli aqra »

Inkunu bħal San Pawl u niltaqgħu ma’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl u Jum l-Iskola

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Illum it-Tnejn, 25 ta’ Jannar 2021, fl-okkażjoni tal-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ċċelebra quddiesa mill-kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, hekk kif illum ukoll, l-iskola tas-Seminarju qed tiċċelebra lil San Pawl, patrun tagħha, u Jum l-Iskola. Wara l-quddiesa u t-talba tar-Rużarju, l-Arċisqof bierek ix-xbieha tal-Madonna, Mara tal-Ħobż, impittra minn Nathaniel Theuma. Wara bierek ukoll il-librerija tal-iskola li ssemmiet għall-Prof. Oliver Friggieri li kien eks student tas-Seminarju… Kompli aqra »

“Meta tqis il-kriżi li qegħdin fiha, tara kemm hawn frugħa madwarna imma wkoll affarijiet għeżież” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Lejn tmiem is-sena li għaddiet il-Papa Franġisku, bħalma jagħmel kull sena, għamel diskors lill-kollaboraturi tiegħu membri tal-Kurja Rumana. Ta’ kull sena nistennew il-kelma tal-Papa f’din l-okkażjoni għaliex f’din l-okkażjoni jirrifletti fuq l-attwalità dak li għaddejjin minnu.      

Aħna ma nistgħux ninsew li qegħdin niċċelebraw din il-festa għażiża tal-konverżjoni tal-appostlu Missierna San Pawl f’din il-pandemija. Kulħadd liebes il-maskra u kulħadd ukoll ħosbien fuq dak li se jiġrilna… Kompli aqra »