Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-kuraġġ li tkun xhud ta’ Ġesù Kristu – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Anjeże

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tielet kapitlu ta’ San Mark għandna din ix-xena straordinarja ta’ folol kbar li jippruvaw jersqu lejn Ġesù. L-evanġelista San Mark jgħid li kienu jeħdulu l-morda u “dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh” (Mk 3:10).

In-nies kienu insistenti li jmissu lil Ġesù. San Mark ma jagħtiniex teoloġija kbira tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem imma kemm-il darba jagħtina xeni fejn in-nies jew iridu jmissu lil Ġesù jew Ġesù stess imidd idu biex imiss u jfejjaq lil xi ħadd… Kompli aqra »

Alla ma jinsiex l-imħabba li nuru għal xulxin – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna fil-bidu tal-Evanġelju skont San Mark u mill-ewwel jibda argument kbir li jwassal ’l Ġesù għal fuq is-salib: il-libertà li kellu li jipproteġi l-bniedem u jpoġġi fit-tieni post il-Liġi tas-Sibt.

Il-Liġi tas-Sibt kienet liġi importanti ħafna għall-poplu Lhudi – għadha sallum – għaliex fil-jum tas-Sibt Alla strieħ u allura l-bniedem ukoll huwa msejjaħ li jistrieħ, eżempju ma stajtx tagħmel xogħol ta’ ħsad… Kompli aqra »

It-tliet kelmiet li jagħtina San Ġwann illum – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann fiha dizzjunarju żgħir. Ġwanni kien qed jikteb għall-komunità li bħalna ma kinitx komunità Lhudija u allura kellu bżonn ifisser xi kelmiet li l-Poplu ta’ Alla, il-poplu Lhudi, kien jaf ħafna imma li l-popli l-oħrajn kellhom bżonn jifhmu biex japprezzaw min hu Ġesù.

L-ewwel nett nixtieq nagħti u noffri riflessjoni qasira fuq dak li jgħid San Ġwann il-Battista… Kompli aqra »

“Kull ġid li tagħmel trid tħallas għalih” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn huma ħames versi kommoventi, huma l-aħħar ħames versi tal-ewwel kapitlu ta’ San Mark. Dan l-Evanġelju, li fih 16-il kapitlu, huwa Evanġelju rikk għalkemm huwa l-iqsar Evanġelju, imma wkoll Evanġelju dirett ħafna. Għaliex San Mark għażel li jpoġġi dan ir-rakkont propju fl-ewwel kapitlu, propju fit-tmiem tal-ewwel kaptlu? Xi jrid jgħidilna b’din l-għażla li jpoġġi l-fejqan tal-lebbruż propju fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu? … Kompli aqra »

Il-Mulej jeħlisna mill-ħakma tax-xitan u mid-dnub personali tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu ta’ San Mark tibda u tispiċċa b’kelma importanti. Tippreżenta lil Ġesù bħala wieħed li għandu s-setgħa. In-nies stess, wara li jaraw lil dak ir-raġel meħlus mix-xitan, jgħidu: “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa” (Mk 1:27).

Il-kelma ‘setgħa’ bil-Grieg li nkiteb bih l-Evanġelju, hija magħmula minn żewġ partijiet, għandha għerq b’żewġ partijiet. Il-kelma hija egzuzija. Tgħiduli biex ġej illum? … Kompli aqra »

Mgħammdin fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda b’kelma qawwija ta’ Ġwanni l-Battista: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu” (Mark 1:7-8).

L-ewwel nett ejjew nifhmu xi tfisser il-kelma ‘magħmudija’. Fil-Grieg, li bih inkiteb il-Evanġelju, hemm il-kelma ‘baptizzo’ li tiffser li tgħaddas xi ħaġa jew lil xi ħadd… Kompli aqra »

Il-qalb ta’ Ġesù: Qalb ta’ mogħdrija kbira – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Raymond ta' Penjafort

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-aħħar jiem tal-istaġun tal-Milied, li aħna nsejħulhom il-jiem tal-Epifanija. Il-Ħadd li għadda, il-Knisja f’Malta — flimkien ma’ knejjes oħra li ma jiċċelebrawx il-festa ta-Tre Re fis-6 ta’ Jannar — iċċelebrat proprju l-festa tal-Epifanija, jiġifieri meta l-Mulej juri lilu nnifsu lil ġnus, lit-tliet slaten magi. Fl-istess ħin niċċelebraw ukoll il-misteru ta’ Alla li jsir bniedem u juri lilu nnifsu f’Ġesù ta’ Nazaret… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Għadna napprezzaw l-għeruq tagħna?

Quddiesa f'għeluq il-100 sena minn meta l-knisja ġiet elevata għal bażilika minuri

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hija tradizzjoni antika li fis-solennità tal-Epifanija l-Knisja tħabbar il-ġurnata li fiha nkunu se niċċelebraw l-Għid Imqaddes u marbuta ma’ din il-festa kbira aħna l-Insara hemm il-bidu tar-Randan, hemm Għid il-Ħamsin, Lapsi u kull ħaġa li niċċċelebraw, inkluż dan l-anniversarju. Qegħdin niċċelebraw il-100 sena mid-dikjarazzjoni ta’ din il-knisja għażiża bħala bażilika minuri mill-mibki l-Papa Benedittu XV.

Ir-ragħajja marru jfittxu tarbija, salvatur… Kompli aqra »

L-istedina tal-Arċisqof fl-Epifanija: Nilqgħu lil Ġesù b’qalb safja

Quddiesa fl-Epifanija u bl-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat u l-Akkolitat

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-Epifanija, din li qegħdin niċċelebraw illum, aħna l-Maltin nafuha wkoll bħala t-Tre Re, it-tliet slaten li żaru lil Ġesù. Huwa mument importanti fil-ħajja tal-Knisja meta wara l-Evanġelju, bħalma għadna kemm smajna, titħabbar id-data tal-Għid il-Kbir. Il-festi tal-Milied jiġu konklużi billi nħarsu lejn il-misteru kbir tal-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù.

Wara kollox, huwa dan li jattira lis-slaten maġi — li jirrapreżentaw il-ġnus kollha — biex ifittxu din it-tarbija… Kompli aqra »