Il-kuraġġ li tkun xhud ta’ Ġesù Kristu – L-Arċisqof
Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Anjeże
21/01/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fit-tielet kapitlu ta’ San Mark għandna din ix-xena straordinarja ta’ folol kbar li jippruvaw jersqu lejn Ġesù. L-evanġelista San Mark jgħid li kienu jeħdulu l-morda u “dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh” (Mk 3:10).
In-nies kienu insistenti li jmissu lil Ġesù. San Mark ma jagħtiniex teoloġija kbira tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem imma kemm-il darba jagħtina xeni fejn in-nies jew iridu jmissu lil Ġesù jew Ġesù stess imidd idu biex imiss u jfejjaq lil xi ħadd… Kompli aqra »