Il-Kelma tal-Arċisqof

“Id-Dar tal-Providenza hi sinjal li kapaċi nieħdu ħsieb lil xulxin” – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ibierkek il-Mulej u jħarsek” (Num 6:24). Kemm hija sabiħa din il-barka li Mos jagħti lil Aron u ’l uliedu biex jgħadduha lill-poplu. Il-Mulej kellem lil Mos u qallu: “Kellem lil Aron, is- saċerdot, u ’l uliedu u għidilhom: “meta tbierku ’l ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom: ‘Ibierkek il-Mulej u jħarsek’” (Num 6:23-24).

Kemm hi sabiħa meta nfittxu l-barka, illum minflok ‘barka’ nużaw kelma li forsi nifhmuha aħjar, il-ġid ta’ kulħadd, il-wellbeingKompli aqra »

Inħennu għal xulxin bid-deċiżjonijiet li nieħdu – L‑Arċisqof

Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf” (Lq 2:21).

Dan it-tmien jum li qegħdin niċċelebraw illum, tmint ijiem wara t-twelid tal-Mulej, lit-tifel ta’ Marija jingħatalu isem li jfisser ħafna. Inħoss ukoll li huwa isem attwali, isem li għandna bżonnu. Qabel xejn, kien isem li l-anġlu tah qabel ma din it-tarbija tnisslet fil-ġuf għaliex l-Anġlu Gabrijel, meta jagħmel il-proposta lill-mama ta’ Ġesù li kellha tkun omm Alla, jgħidilha: “U inti semmih Ġesù” (Lq 1:31)… Kompli aqra »

Mulej, ħenn għalina – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Papa Silvestru approva d-deċiżjonijiet tal-Konċilju ta’ Niċea (325 WK), li mingħajr tlaqliq stqarr li l-Iben ta’ Alla sar bniedem, li mhux Ġesù kien bniedem imbagħad Alla għamlu ibnu, għażlu, u adotttah bħala ibnu, imma li Ġesù ta’ Nazaret minn dejjem kien l-Iben ta’ Alla minn dejjem, il-Verb fi ħdan il-Missier li sar bniedem “u l-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14)… Kompli aqra »

Lesti tagħtu ħajjitkom biex tkunu xhieda ta’ Ġesù?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Tumas Becket

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ iċċelebrajna l‑Qaddisin Martri Innoċenti u qrajna l-Evanġelju ta’ din it-traġedja li saret madwar it-twelid ta’ Ġesù meta Erodi ordna li jinqatlu s-subien minn sentejn l-isfel. L-anġlu lil Ġużeppi kien qallu: “Erodi jrid li joqtol lit-tifel” (Mt 2:13).

Illum fl-Evanġelju tal-preżentazzjoni tal-Mulej, 40 jum wara t-twelid tat-tifel, il-ġenituri tiegħu jeħduh Ġerusalemm. Xmun jagħraf li din it-tarbija hija “l-glorja ta’ Iżrael, id-dawl tal-ġnus” (Lq 2:32) imma lil ommu jgħidilha: “Dan se jkun sinjal li jmeruh u inti wkoll sejf jinfidlek ruħek (Lq 2:34-35)… Kompli aqra »

Paternità għal żminijietna

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

On December 8, Pope Francis issued a beautiful letter on St Joseph on the 150th anniversary of the declaration by Blessed Pope Pius IX of St Joseph as the patron of the Universal Church. Pope Francis chose to reflect on the fatherhood of St Joseph. It is, according to one Polish author, a fatherhood in the shadows but it is a special mission entrusted by the Lord to this carpenter of Nazareth… Kompli aqra »

Iż-żwieġ hu l-għotja tagħna nfusna – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Kappella ta' Sant'Antnin ta' Padova, Manoel Island

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li l-Knisja tagħżel f’din is-sena għall-festa tal-Familja Mqaddsa, huwa Evanġelju li joffri almenu żewġ riflessjonjet importanti li xtaqt naqsam magħkom.

L-ewwel nett huwa l-mument meta fl-40 jum mit-twelid ta’ Ġesù, huwa l-Evanġelju li aħna se nerġgħu nisimgħu fit-2 ta’ Frar, fil-Kandlora, 40 jum wara l-25 ta’ Diċembru. F’dan il-mument Marija u Ġużeppi, biex jobdu l-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej… Kompli aqra »

Naħfru lil min għamlilna d-deni – L‑Arċisqof

Quddiesa f’għeluq il-100 sena mill-bini tal-kappella

  Il-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa Evanġelju li forsi wieħed jgħid: imma dan huwa l-Evanġelju li naqraw l-għada tal-Milied? Jintagħżel minħabba l-festa ta’ San Stiefnu li kien l-ewwel dixxiplu li jagħti ħajtu għall-istqarrija tal-fidi tiegħu f’Ġesù.

Huwa wieħed mid-djakni magħżula biex ikun qaddej tal-komunità imma l-ispirtu tal-Mulej kien fuq Stiefnu biex ukoll ixandar il-Kelma. Fil-fatt jagħti xhieda sabiħa li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla… Kompli aqra »

L-imħabba libera tal-Mulej – L‑Arċisqof f’Jum il-Milied

Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawl, ħajja, grazzja. Dawn kollha huma kliem għeżież li l-bidu tal-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, jirrepeti kemm-il darba. Donnu qiegħed jirrispondi għall-għatx profond li hemm fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Fid-dlam nixxeqnu għad-dawl, fid-dlamijiet tal-mewt nixxenqu għall-ħajja. Fost ħafna tiġrib, għira u mibegħda nixxenqu għall-grazzja tal-imħabba.

Illum tweldilna tifel li jiġbor fih dan kollu għax il-liġi nagħtatilna permezz ta’ Mosè imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu… Kompli aqra »

Il-ħlewwa, l-istedina ta’ dan il-Milied – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Tit 2:11). Dawn huma l-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl li jiġbru ċ-ċelebrazzjoni li qegħdin nagħmlu llum. Il-Milied dan hu. Imma meta ngħid il-kelma ‘grazzja’ xi tfisser?

Grazzja tfisser imħabba li ma titlob xejn lura, tfisser għożża u tenerezza, dak li aħna bil-Malti wkoll insejħulha ħlewwa. Illum dehret il-ħlewwa, it-tenerezza ta’ Alla. U s-sinjal jagħtihulna l-anġlu: “Issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura” (Lq 2:12)… Kompli aqra »

“Il-Milied huwa għanja tal-ħajja fil-ġuf tal-omm” – L‑Arċisqof

L‑ewwel għasar solenni tal‑Milied u l‑Quddiesa tal‑Vġili

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Nisperaw li tkunu tistgħu tisimgħuni għax ma nistax nagħmel kompetizzjoni ma’ din il-kakofonija li hemm barra. Wegħduna li f’dan il-ħin tal-quddiesa mhux se jkun hemm dan id-daqq u nixtieq nibda din l-omelija b’sinjal tad-diżappunt. Meta tingħata kelma u ma tiġix onorata, hija ħaġa tal-mistħija kbira lejlet il-Milied. Nitlobkom biex lill-Kunsill Lokali tal-Belt u lill-kummerċjanti tgħidulhom, jekk jogħġobkom, u twasslu l-ilment tiegħi. Anke għaliex din ir-realtà li ma nistgħux nagħmlu l-kult tagħna bil-kwiet, fakkritni li qegħdin ngħixu f’dak li qal il-Papa Franġisku: li l-Milied ġie sekwestrat, hijacked mill-kummerċ… Kompli aqra »