“Id-Dar tal-Providenza hi sinjal li kapaċi nieħdu ħsieb lil xulxin” – L‑Arċisqof
Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi
01/01/2021 Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-SiġġiewiL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ibierkek il-Mulej u jħarsek” (Num 6:24). Kemm hija sabiħa din il-barka li Mos jagħti lil Aron u ’l uliedu biex jgħadduha lill-poplu. Il-Mulej kellem lil Mos u qallu: “Kellem lil Aron, is- saċerdot, u ’l uliedu u għidilhom: “meta tbierku ’l ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom: ‘Ibierkek il-Mulej u jħarsek’” (Num 6:23-24).
Kemm hi sabiħa meta nfittxu l-barka, illum minflok ‘barka’ nużaw kelma li forsi nifhmuha aħjar, il-ġid ta’ kulħadd, il-wellbeing… Kompli aqra »