Fis-salib ta’ Ġesù hemm il-mera ta’ kull virtù – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
14/09/2020 Il-Knisja ta' Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għall-pagani kien mezz ta’ tortura, għal-Lhud kien saħta. Is-salib, għalina li nemmnu f’Ġesù, huwa sinjal ta’ fidwa u ta’ glorja.
Dak li qegħdin niċċelebraw llum, din il-festa antika li taf l-oriġini tagħha mill-preżenza ta’ Elena f’Ġerusalemm fis-seklu 4, imbagħad fit-tentattivi li terġa’ tinstab ir-relikwa tas-salib fit-8 seklu, meta reġgħet intilfet fid-disa’ seklu, huma fatti storiċi imma jesprimu wkoll fidi li tibqa’ għal dejjem… Kompli aqra »