L-edukazzjoni tgħinna nitnaddfu mill-għanqbut tal-injoranza u mit-tartru tal-preġudizzji – L-Arċisqof
Quddiesa fit-tifkira ta' San Ġużepp Calasanz, il-patrun tal-iskejjel Kattoliċi
25/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kif smajtu fil-bidu tal-quddiesa, is-saċerdot li qara l-Evanġelju llum huwa Dun David Borg minn Ħaż-Żabbar, li bħalissa qiegħed jagħmel is-servizz tiegħu saċerdotali fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dun David huwa wkoll artist bravu u jalla jkompli dan it-talent ukoll fil-ħajja saċerdotali tiegħu. Nitolbu għalih, li huwa saċerdot novell, wieħed mill-10 saċerdoti ġodda li bihom berikna l-Mulej. Nawgurawlu ħafna.
Ġesù llum jagħtina tliet kelmiet li għalih huma l-iżjed valuri importanti… Kompli aqra »