Xhieda ta’ Ġesù sal-aħħar qatra demm – L-Arċisqof
Quddiesa offruta sabiex nilqgħu lill-barrani għaliex b'hekk inkunu qed nilqgħu lil Ġesù
09/07/2020 Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jagħti missjoni straordinarja lill-appostli tiegħu u permezz tagħhom jagħtiha lid-dixxipli kollha tiegħu. Hu jibgħathom ixandru s-saltna tas-smewwiet, ifejqu, iqajmu mill-mewt, ikeċċu x-xjaten, ifejqu l-lebbrużi. Jagħtihom qawwa straordinarja ta’ fejqan.
Imma wkoll javżahom li m’għandhomx jibbażaw il-fiduċja tagħhom fuq il-flus jew il-poter tad-dinja imma jgħallimhom ukoll li “l-ħaddiem ħaqqu ħobżu”. Huma se jingħataw għas-saltna u l-Mulej se jipprovdilhom permezz tal-komunitajiet li jilqgħuhom… Kompli aqra »