Il-Kelma tal-Arċisqof

Tgħallmu mill-Mulej kif tkunu mexxejja li jirgħu l-poplu tiegħu – L-Arċisqof lill-kandidati għas-saċerdozju

Solennità tal-Epifanija fejn intlaqgħu żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Id-djaknu għadu kemm ħabbrilna l-jum qaddis tal-Għid li se niċċelebraw ftit tax-xhur oħra. Il-Knisja tħabbar il-ġurnata tal-Għid propju f’dan il-jum iddedikat lill-misteru kbir tal-Epifanija għaliex illum niċċelebraw lill-Mulej, dawl minn dawl, li jidher lill-ġnus permezz ta’ kewkba tiddi fid-dlamijiet.

Fil-lejl qaddis tal-Għid bix-xemgħat mixgħula mill-blandun qaddis, aħna niddikjaraw li Ġesù huwa dawl, id-dawl ta’ Kristu. U b’xi mod din il-festa ta’ dawl tħares lejn il-festa l-kbira fejn il-Knisja tbierek l-element tan-nar u tikkonsagrah bħala xbieha ħajja ta’ Kristu, dawl minn dawl, li fil-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, għeleb id-dlamijiet tal-ħażen u tal-mibegħda u nissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna dik ix-xrara tħeġġeġ tan-nar li jkebbes il-qalb imqaddsa tiegħu… Kompli aqra »

Nibnu d-dar komuni tagħna

We customarily usher in a new year filled with resolve to improve something about ourselves, from simple acts like walking more for the sake of our health and reaching out to loved ones, to more complex objectives concerning our personal or professional development. 

Periods of introspection should not be shunned. On the contrary, they ought to be embraced with far more regularity than the annual tradition dictates or our good intentions risk suffering the same fate as our treasured narcissus flower, which wilts within weeks of achieving its wondrous winter bloom… Kompli aqra »

Kewkba, aħbar tajba u rigal għal xulxin – L-Arċisqof lill-għarajjes

Quddiesa għall‑koppji li se jiżżewġu fl‑2020

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Jiena u nisma’ l-kelma rigali ftakart fikom mal-ewwel. Tgħiduli: ‘importanti, it-talba tagħna hija li almenu jkopru l-ispejjeż tat-tieġ.

Jiena nixtieq nuża tliet kelmiet għal din il-laqgħa tiegħi magħkom. L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom li lqajtu l-istedina li fil-bidu tas-sena li fiha se tagħtu kelma li tkunu ta’ xulxin għal dejjem, intom ġejtu biex nitolbu flimkien. Hija ħaġa sabiħa li d-deċiżjoni tagħkom li tibda mhux fit-tieġ, diġà bdiet, id-deċiżjoni li tkunu ta’ xulxin ħadtuha, imma se tikkonfermawha fit-tieġ u dakinhar jibda ż-żwieġ… Kompli aqra »

L-imħabba tagħti togħma tajba lil ħajjitna – L-Arċisqof fid-Dar tal-Providenza

Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nirringrazzjakom ħafna talli nġbarna hawnhekk biex nibdew is-sena l-ġdida 2020 taħt il-ħarsien tal-Mulej u b’mod speċjali ta’ omm Ġesù, Marija.

Insellem ukoll lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u nirringrazzja ħafna lill-media li matul dan l-ewwel jum tas-sena se tkun qiegħda tgħin biex in-nies iħossuhom qrib ħafna ta’ din id-dar tal-Providenza.

Nixtieq ukoll insellem lis-Sorijiet tal-Karità li qdew b’tant ġenerożità lil din id-Dar għal dawn l-aħħar 52 sena u nitolbu li t-togħma ta’ tjubija, it-tbissima li ħallew mmarkata fuq kull ħajt ta’ dan il-bini, tibqa’ tagħti togħma ta’ umanità lil din l-inizjattiva… Kompli aqra »

Nibnu soċjetà fuq il-prinċipji li għallimna Ġesù: il-prinċipji tas-sewwa, tas-solidarjetà u tal-ħniena – L-Arċisqof

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi Tmiem is-Sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael u jiena nberikhom” (Num 6:27). Il-barka li Mosè jitlob flimkien ma’ Aron u permezz ta’ Aron fuq ulied Iżrael, tuża wkoll din l-espressjoni: “Isejħu isem Alla fuq ulied Iżrael u Alla jberikhom”.

Xi tfisser li inti ssejjaħ isem Alla fuq uliedek? Tfisser li tirrikonoxxi l-primat ta’ Alla fuqek u fuq uliedek u tifhem ukoll li dak li se jmexxik huwa minn Alla u skont ir-rieda tiegħu… Kompli aqra »

Ir-raba’ volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Id-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Il-ktieb juri li fl-2018 iż-żgħażagħ kienu protagonisti ewlenin fil-Knisja… Kompli aqra »

Tempji li jibqgħu d-dar tal-komunità tal-poplu ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq it-350 anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja ta' Ħal Balzan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Huwa xieraq li ltqajna hawnhekk illejla propju biex niċċelebraw dak li missirijietkom għamlu 350 sena ilu meta qiegħdu l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju grazzjuż. X’riedu jagħmlu? Riedu jibnu dar għal Alla fosthom. Imma riedu wkoll jibnu tempju xieraq fejn huma rikonoxxuti u miġburin bħala parroċċa, ikunu jistgħu jiltaqgħu biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla, jiċċelebraw l-Ewkaristija, jirċievu s-sagramenti, jiltaqgħu ma’ Alla… Kompli aqra »

Ġenerożità lejn dawk li għandhom dritt għal ħajja mal-familja

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta

Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

What does it mean to celebrate Christmas this year? I would like to quote a short verse from the gospel we have just heard proclaimed in Maltese.

First of all this very first chapter of the gospel of John introduces us to the mystery we are celebrating. In verse 14 we have the most important declaration, that the Word – the Son of God, became flesh and dwelt, lived among us and we have seen his glory full of grace and truth… Kompli aqra »

Jekk nixtiequ nagħtu tama lil xulxin irridu nitolbu li nsiru poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb – L-Arċisqof

Il-Quddiesa Solenni tat-Twelid Ġesù

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-1 ta’ Diċembru ta’ din is-sena 2019, il-Papa Franġisku offrielna meditazzjoni sabiħa dwar il-prespju. Dan il-katidral għal dawn l-aħħar snin qed ikollna x-xorti ngawdu presepju Naplitan sabiħ, frott il-ħidma u l-ġenerożità ta’ Mons. Edgar Vella li nixtieq nirringrazzjah, u anke tal-Kapitlu li aċċetta u jilqa’ kull sena din l-iniżjattiva sabiħa.

Meta wieħed jammira l-presepju li qed iżejjen u janima dan il-katidral fi żmien il-Milied, japprezza li x-xena tat-twelid ta’ Ġesù hija ambjentata fost qishom rovini ta’ tempju antik… Kompli aqra »

It-twelid ta’ Ġesù: ir-risposta tal-imħabba

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-esperjenza tat-talb tal-Knisja f’dan iż-żmien qaddis tal-Milied, it-tema tad-dawl jiddi fid-dlam hija tema qawwija ħafna. Fil-lejl tal-Milied niftakru fil-profezija ta’ Iżaija li jgħidilna li “Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir” (Iż 9:1). Is-sebħ tal-Mulej idda fuq l-umanità, fuqna – bnedmin li għandna tassew bżonn it-twelid tas-Salvatur.

Ħafna drabi f’dawn il-ġranet, fit-talb tiegħi niftakar f’talba li għallimna San Ġorġ Preca: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’… Kompli aqra »