Il-Kelma tal-Arċisqof

F’San Ġwann hemm it-tama li l-umanità se teħles mid-dlam – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa tal-Milied mal-ħaddiema tal-Kurja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    19 ta’ Diċembru 2018

    F’dawn il-ġranet nisimgħu r-rakkonti li jippreċedu t-twelid tal-Messija u llum għandna tħabbira importanti fost il-ħafna tħabbiriet li qed niċċelebraw f’dawn il-jiem fl-aħħar ġimgħa tal-Avvent qabel propju l-Milied.

    Illum għandna t-tħabbira ta’ Gabrijel lil Żakkarija…

  • Kompli aqra »

L-irwol tal-Oppożizzjoni f’pajjiż demokratiku – L-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2018

    Nirringrazzjak ħafna Dr Delia tal-kliem ġentili tiegħek u anke nagħtik l-awguri għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida anke għaliex din se tkun sena movimenta wkoll. Lill-Prim Ministru għedtlu li jien ippreokkupat ftit bil-kwistjoni tal-Brexit u l-impatt kemm fuq il-Gran Brittanja u forsi anke fuq l-Ewropa, speċjalment jekk ikun hemm l-hekk imsejjaħ no-deal Brexit għaliex imbagħad jibda staġun ta’ inċertezza kbira f’diversi affarijiet fosthom minħabba l-konnessjoni storika tagħna, u l-istorja tagħna konnessa ħafna miegħu…

  • Kompli aqra »

Qrati tal-ġustizzja li jiddefendu lid-dgħajjef – L-Arċisqof lill-ġudikatura

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ġudikatura u l-Maġistratura fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2018

    Nixtieq inwassal l-apprezzament tal-Knisja u tal-poplu Malti li jsir fil-Qrati tal-Ġustizzja. Kif għedt inti mhux faċli u kultant huwa xogħol ingrat. Napprezzaw ukoll li naraw fil-ġudikatura u fil-maġistratura tagħna l-impenn għall-ekwilibriju u għall-imparzjalità…

  • Kompli aqra »

Il-Parlament għandu jikkunsidra l-possibbiltà ta’ vot sigriet – L-Arċisqof lill-Ispeaker

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2018

    L-ewwel nett nirringrazzjak ħafna, President tal-Parlament Mr Speaker, taż-żjara ġentili tiegħek u anke tal-delegazzjoni tal-membri parlamentari. Jiena għadni ma qrajtx dak li qalet il-Venice Commission u kif għedt lill-Prim Ministru, jiena ħerqan li l-Knisja tidħol fi djalogu mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż biex l-istituzzjonijiet stess ikunu garanzija vera tad-demokrazija…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja u l-Gvern għandhom joħolqu xibka ta’ solidarjetà man-nisa – L-Arċisqof lill-Prim Ministru

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2018

    Illum hija waħda minn dawk l-okkażjonijiet fejn nagħtu l-awgurju mhux biss tas-sena l-ġdida imma ta’ Milied qaddis. Nispera li dawn l-okkażjonijiet iservu wkoll biex il-kuntatt uman tagħna jikber. Nirringrazzjak ħafna ta’ dak kollu li inti, il-gvern li inti tmexxi u l-kabinett li huwa rrappreżentat hawnhekk tagħmlu f’dan l-ambjent ta’ koperazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat…

  • Kompli aqra »

“Dan il-Milied nippruvaw insibu ħin għalina nfusna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjoċesi ta' Malta

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    19 ta’ Diċembru 2018

    Nixtieq nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom li qegħdin miġbura hawn illum tal-kontribut li tagħtu lill-Knisja f’Malta, kulħadd bi rwol differenti. Ħadt pjaċir niltaqa’ personalment magħkom għaliex huwa pjaċir u dover tiegħi. Għall-grazzja ta’ Alla l-familja tagħna hi numeruża u dak  juri x-xogħol kbir li qed isir u nitolbu li jkun għall-ġid komuni…

  • Kompli aqra »

“Għandna soċjetà li ma tridx tisma’ lill-profeti imma tisma’ l-vuċi tal-profitt” – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa f'għeluq il-75 sena mill-mewt tal-Isqof Mauro Caruana

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir, Tas-Sliema

    16 ta’ Diċembru 2018

    “Infexx fil-hena u ifraħ b’qalbek kollha bint Ġerusalemm” (Sof 3:14). Din il-profezija mill-profeta Sofonija, profeta li ma tantx naqraw kitbiet tiegħu, hija l-profezija li tiġbor l-ispiritwalità ta’ dan it-Tielet Ħadd tal-Avvent…

  • Kompli aqra »

ll-Mulej ġej għal min ma jħossx il-bżonn tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ivo

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • L-Oratorju fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    17 ta’ Diċembru 2018

    Fl-Evanġelji għandna żewġ arbliet tar-razza ta’ Ġesù li Voltaire kien iħobb juża bħala eżempju li l-Evanġelju mhuwiex rakkont ta’ min joqgħod fuqu. Iż-żewġ ġeneoloġiji li għandna ta’ Ġesù huma pjuttost statement teoloġiku. San Luqa – mhux dak li qrajna llum – San Luqa jislet in-nisel ta’ Ġesù minn Adam u l-punt teoloġiku fl-Evanġelju ta’ San Luqa b’ġeneoloġija differenti li hija li dak li twieled huwa bin il-bniedem, daħal fil-familja tal-umanità…

  • Kompli aqra »

“Il-merħla mhijiex tagħna imma hija ta’ Ġesù” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid tal-Imġarr

Omelija waqt Quddiesa fl-għoti tal-pussess ta' Dun George Schembri

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Imġarr

    8 ta’ Diċembru 2018

    “Għażilna fih sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba” (Efes 1:4). Dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl lill-Efesin jiġbor fih il-vokazzjoni tagħna bħala poplu li aħna lkoll il-familja ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

‘La tagħlaq qalbek u lanqas butek għal min hu fil-bżonn’ – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa għall-familji organizzata mill-GRUFAN

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    15 ta’ Diċembru 2018

    Fil-bidu tax-xahar kelli mmur l-Albanija fuq xogħol. L-isqfijiet ta’ hemmhekk stednuni biex inkellem lis-saċerdoti u lis-seminaristi tal-post. Kif kont l-Albanija, flimkien mal-Arċisqof ta’ Tirana-Durres Mons. George Frendo, Duminkan u Malti bħalna, għamilna vjaġġ twil ta’ tliet sigħat ’il hemm u tliet sigħat ’il hawn biex immorru f’belt jisimha Korca fejn hemm tal-MUSEUM…

  • Kompli aqra »