Il-Kelma tal-Arċisqof

Nuru solidarjetà ma’ ħutna fuq il-Baħar Mediterran u nitolbu s-solidarjetà ta’ pajjiżi oħrajn – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
    16 ta’ Lulju 2018

    Qabel l-Evanġelju smajna s-sekwenza ta’ din il-festa. Is-sekwenza huwa innu qasir li jispjega s-sinifikat tal-festa li qegħdin niċċelebraw. Fis-sekwenza tal-Madonna tal-Karmnu nfakkru mhux biss dan it-titlu sabiħ imma wkoll insejħulha bħala l-Kewkba tal-Baħar…

  • Kompli aqra »

“Intom parti mit-taqtigħa tal-legalità kontra l-kriminalità, ta’ dawk li jissieltu għall-ġid komuni” – L-Arċisqof lill-pulizija

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  • 

     

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    14 ta’ Lulju 2018

    Qegħdin infakkru l-204 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju tal-Pulizija talli kompla—għaliex wara kollox hija deċiżjoni tiegħu—it-tradizzjoni li parti miċ-ċelebrazzjonijiet tkun ukoll din il-quddiesa solenni ta’ ringrazzjament…

  • Kompli aqra »

Nitlob biex min għandu s-setgħa, inkluż f’pajjiżna, jifhem li meta tilqa’ lil min qiegħed fil-periklu tal-mewt inti jkollok il-barka, għax Alla jieħu ħsieb lil qaddejja tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Monasteru ta’ San Pietru, l-Imdina
    11 ta’ Lulju 2018

    Illum qed niċċelebraw il-festa tal-patrun tal-Ewropa. San Benedittu u sħabu l-ewwel ġewwa Subiaco imbagħad Montecasino, bdew dak li nistgħu nsejħulu moviment ta’ tiġdid li fil-qalb tiegħu hemm l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

    Jekk l-imperu Ruman kien mibni fuq l-arroganza, fuq il-qawwa tal-poter, fuq l-iskjavitù ta’ nies li kienu oġġett tal-Istat, anzi proprjetà ta’ min jeħodhom u jixtrihom, din il-kultura ġdida li beda Benedittu permezz tal-monasteri tiegħu, kienet mibnija fuq id-dinjità ta’ wlied Alla, mhux biss il-monaċi li kienu l-familja tal-monasteru, imma anke villaġġi u bliet sħaħ li kibru madwaru…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li nkunu verament Insara Kattoliċi b’ħarsa universali, bis-sejħa universali għall-qdusija tħeġġeġ f’qalbna” – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tal-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Katidral tal-Imdina
    29 ta’ Ġunju 2018

    “Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni” (2 Tim 4:18). Dawn il-kliem mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Missierna lil Timotju, huma kliem li jsibu l-eku tagħhom fil-liturġija tal-kelma tal-jum qaddis ta’ din is-solennità.

    Fir-responsorju, aħna u nimmeditaw fuq l-Ewwel Qari, kantajna: “Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom”…

  • Kompli aqra »

“Persważ li l-Isqof Awżiljaru l-ġdid ikompli jkun ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali tad-djoċesi” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-tħabbira tan-nomina ta' Isqof Awżiljari ġdid tal-Arċidjoċesi ta' Malta

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Ir-residenza tal-Arċisqof, l-Imdina
    23 ta’ Ġunju 2018

    Eċċ. Mons. Nunzju Appostoliku, nixtieqek twassal il-gratitudni tal-Knisja f’Malta u tiegħi personali lill-Papa Franġisku, għal din in-nomina li timla l-qalb tagħna bil-ferħ.

    Jiena persważ li l-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Joseph Galea-Curmi, l-Isqof Awżiljarju l-ġdid, ikompli jkun ta’ għajnuna—mhux jibda imma jkompli jkun ta’ għajnuna—fil-ħidma pastorali tad-djoċesi…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, l-Għarb

    22 ta’ Ġunju 2018

    “Wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih” (Ġw 2:11). F’Kana tal-Galilija Ġesù jħossu d-dar. Wara kollox kien trabba f’Nazaret, belt tal-Galilija, u kien mistieden għal tieġ bħalma kienet ukoll mistiedna ommu…

  • Kompli aqra »

Idejna nużawhom biex nagħtu tgħanniqa ta’ kuraġġ u mhux biex inwaħħlu t-tabelli ma’ dahar xulxin – L-Arċisqof

Iċ-ċerimonja annwali tal-gradwazzjoni tal-Caritas għal dawk li temmew b'suċċess il-programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ
    2
    0 ta’ Ġunju 2018

    Impressjonani ħafna l-motto magħżul għal din is-serata: ‘Nagħżel li nħobb, nagħżel li ngħix’. L-ewwel nett għaliex inħoss li l-elementi ta’ dan il-motto huma wkoll il-qalba tal-esperjenza tal-programm, ta’ diversi servizzi li toffri l-Caritas, li wara kollox hija espressjoni tal-kultura tal-ħajja li mhux biss tieħu ħsieb il-bidu u t-tmiem imma anke dak li jiġi bejn it-twelid u l-mewt, għax il-kultura tal-ħajja hija li tkun taf tgħix…

  • Kompli aqra »

“Jalla ssibu ħbieb li jgħinukom tkunu qaddisin” – L-Arċisqof lill-adolexxenti tal-Qawra

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti tal-Qawra

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, il-Qawra
    26 ta’ Mejju 2018

    Għeżież żgħażagħ, kemm ħadt pjaċir nismagħkom tħabbru l-Kelma ta’ Alla u kemm ħadt pjaċir ukoll nisma’ wħud minnkom jitolbu dik it-talba sabiħa lill-Ispirtu s-Santu li qiegħda fil-ktejjeb li għandkom f’paġni 5 u 6, u jgħidulha ‘sekwenza’ għax issegwi l-qari tal-Bibbja qabel l-Evanġelju…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesù

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, Ħal Lija
    10 ta’ Ġunju 2018

    Fl-Iskrittura l-qalb hija ċ-ċentru tal-personalità. F’lingwi oħrajn din il-ħaġa ma tantx tista’ tirreppetieha bħalma tista’ tirrepetieha fil-Malti, li hu simili ħafna għall-Aramajk li kien jitkellem Ġesù s-Salvatur.

    Illum il-Knisja — u nkomplu l-Ħadd li ġej—tistedinna biex fil-parroċċa tagħna nieqfu biex nimmeditaw u naduraw il-Qalb ta’ Ġesù Salvatur, li hija qalb mimlija mħabba għalina…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jispjega għaliex niċċelebraw il-festi tal-qaddisin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lejlet il‑festa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż-Żebbuġ

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ
    9 ta’ Ġunju 2018

    Niftakru fl-episodju meta t-72 dixxipli li kien bagħat Ġesu f’ismu biex ixandru s-Saltna u li wkoll kien tahom is-setgħa jkeċċu x-xjaten u jfejqu b’ismu u rritornaw. B’sodisfazzjoni kbira bdew jirrakontawlu l-ġid li għamlu f’ismu…

  • Kompli aqra »