Il-Kelma tal-Arċisqof

“Tkun ħaġa sabiħa li lkoll kemm aħna naħdmu biex l-edukazzjoni f’pajjiżna tagħti dejjem l-aqwa frott” – L-Arċisqof lill-Għaqda Eks Studenti Liċeo

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-A.L.P.S. (Association of Lyceum Past Students)

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella ta’ Sant’Anna, il-Pwales, San Pawl il-Baħar
    12 ta’ Mejju 2018

    Nibda billi nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u b’mod speċjali nsellem anke lill-persuni li jgħixu f’dan l-ambjent. Nixtieq ukoll nirringrazzjakom tal-appoġġ u tal-preżenza tagħkom. Huwa ta’ ferħ kbir għalija wkoll li niltaqa’ magħkom personalment bħalma għalija hu wkoll unur li niltaqa’ mal-membri tal-A.L.P.S…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof lill-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa

Quddiesa tal-pussess ta' Patri Publius Mair OFM Cap. bħala l-Kappillan tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa
    1 ta’ Mejju 2018

    “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk” (Mt 12:47). Nimmaġinaw il-preokupazzjoni tal-omm li tara ’l binha fiex jinsab, kien ilu ftit li telaq minn Nazaret u marret tiltaqa’ miegħu mal-qraba; l-Evanġelju jsejħilhom bl-użanza semitika ta’ dak iż-żmien, ‘ħutu’: “Ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”…

  • Kompli aqra »

Int imsejjaħ biex tqanqal is-sejħa ta’ Ġesù fiż-żgħażagħ ta’ Ħad-Dingli – L-Arċisqof lil Dun Mark Mallia Pawley

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Mark Mallia Pawley bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' Ħad-Dingli

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħad-Dingli
    1 ta’ Mejju 2018

    Li qrajna llum fit-Tieni Qari hija l-eżortazzjoni tal-Appostli Missierna San Pawl: Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b’wirt għalikom il-Mulej. Aqdu lil Kristu Sidna ” (Kol 3, 23-24)…

  • Kompli aqra »

Jalla tikbru u tkunu grati għal tant ġid, għal tant informazzjoni u edukazzjoni li tieħdu f’dan il-post – L-Arċisqof lill-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju f’Tal-Ħandaq

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq l-10 snin tal-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq
    9 ta’ Mejju 2018

    Fis-Salm Responsorjali għedna flimkien din is-silta: “Għallimni Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek” (S119, 33). Il-kmandamenti ta’ Alla huma l-liġi taċ-ċiviltà, b’ħafna minnhom insibuhom ukoll fl-eqdem ċivilizzazzjonijiet: la tisraqx, la toqtolx, la tigdibx, la tisraqx il-mara ta’ ħaddieħor, weġġah lil ommok u ’l missierek (jiġifieri urihom rispett)…

  • Kompli aqra »

“Kun int li mhux biss tieħu ħsieb is-sbuħija ta’ dan it-tempju maestuż imma wkoll tibni t-tempju li huwa l-komunità” – L-Arċisqof lill-Ariċpriet il-ġdid tal-Birgu

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Karm Busuttil bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Lawrenz, il-Birgu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Birgu
    29 ta’ April 2018

    Għażiż Kanonku Arċipriet, ippermettili li f’din il-ġurnata għażiża naqsam miegħek ftit ħsibijiet ispirati minn din il-Kelma ta’ Alla li għadna kemm smajna, b’mod speċjali l-Evanġelju li inti għadek kemm ħabbartilna.

    Qabel xejn, nixtieq insellem lill-mistednin distinti tiegħek b’mod partikolari lir-rispettabbli Sindku tal-Birgu imma hawn diversi rispettabbli sindki oħrajn li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili…

  • Kompli aqra »

Jalla nkunu bħal San Ġorġ Preca: ma naqtgħux qalbna u ma nistħux inxandru bir-reqqa l-Kelma tal-Verità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ Preca


  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Santa Venera
    9 ta’ Mejju 2018

    It-Tieni Qari li l-liturġija tipprovdilna u tipproponilna fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, kien qari għażiż ħafna għalih. Is-soċji jafu li l-kliem tal-Appostlu Missierna li jiftħu din is-silta mit-Tieni Ittra lil Timotju, għalih kienu l-fundament, il-pedament tal-missjoni tiegħu. “Kulma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda, għaddih lil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn” (2Tim 2:2)…

  • Kompli aqra »

“Ir-rużarju huwa port sigur għaliex jagħtina dik is-serenità li aħna qegħdin qrib il-Madonna, li l-Madonna ser tipproteġina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f'Marsaxlokk f'Jum id-Devozzjoni lill-Madonna tar-Rużarju ta' Pompej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Marsaxlokk

    8 ta’ Mejju 2018

    Illum mat-tokki ta’ nofsinhar, f’diversi knejjes madwar id-dinja, kull fejn mis-sebħ sakemm tispiċċa din il-ġurnata qaddisa tat-8 ta’ Mejju jibqa’ jdoqq nofsinhar, l-Insara jinġabru biex jitolbu s-supplika għażiża lill-Madonna ta’ Pompej. Kull sena l-Arċisqof ta’ Malta jmur quddiem il-kwadru għażiż tal-Madonna ta’ Pompej li hemm fil-knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta, u jgħid is-supplika f’isem il-poplu Malti kollu. 

    Bħal-lum il-qaddej ta’ Alla, Mons…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Kif nista’ nsir ħabib ta’ Ġesù?

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mat-tfal bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħal Safi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Safi
    6 ta’ Mejju 2018

    Tfal, fil-bidu ta’ din il-Quddiesa, għedtilkom li llum nixtieq inkellimkom fuq ir-rigali li jagħtina Ġesù. Imma x’’rigali jagħtina Ġesù? Illum fl-Evanġelju li għadu kemm qara l-Kappillan, Ġesù jsemmi ħwejjeġ sbieħ ħafna li jixtieq jagħtina. U tgħidluli: ‘Imma allura jien x’irrid nagħmel biex dawn ir-rigali tiegħu jkunu għandi wkoll, biex nirċevihom jien?’ Inkunu ħbieb tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Ġesù jgħallimna li l-ħbiberija miegħu trid tgħaddi wkoll bil-mod kif nirrispettaw, inħobbu, nagħdru, nieħdu paċenzja u naħfru lil xulxin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jibda l-Viżta Pastorali f'Ħal Safi u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Safi
    5 ta’ Mejju 2018

    L-ewwel ħaġa li Ġesù jgħid lill-appostli hija: “Is-sliem għalikom” (Ġw 20:19). Din tfakkarna fil-kliem li fih qal fl-aħħar ċena: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja” (Ġw 14:27), imma hija paċi differenti; hija l-paċi ta’ min jagħmel ir-rieda tal-Missier…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fil-ftuħ ta’ Dar Lunzjata fir-Rabat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar Lunzjata, ir-Rabat
    9 ta’ April 2018

    F’dan il-post hu faċli ħafna tikkontempla s-silenzju ta’ Marija. Is-silenzju għandu wkoll il-ħoss tiegħu, il-ħoss tal-grazzja. Missierna San Elija kien jaf bil-laqgħa mal-Mulej: “U wara dan ir-riħ theżhżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar…

  • Kompli aqra »