Il-Kelma tal-Arċisqof

“L-impenn tagħna bħala komunità huwa li ninsew u nneħħu kull tip ta’ preġudizzju u nemmnu fil-kapaċità tal-bniedem” – L-Arċisqof fil-ftuħ ta’ Dar Charles Miceli

L-Arċisqof jinawgura u jbierek Dar Charles Miceli, id-dar il-ġdida ta' Caritas

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar Charles Miceli, il-Mosta 20 ta’ April 2018

    Meta tisma’ bl-isem Charles Miceli nikkonferma dak li ntqal qabel, tifhem is-soċjal. Jiena nixtieq ukoll infakkar il-memorja ta’ Charles u t-talba tiegħi hija li dan l-ispirtu tas-soċjal ġenwin ikun dejjem magħna. Għandna responsabbiltà kbira!

    Jiena nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Caritas, lil Leonid McKay, ovvjament lilek Mons…

  • Kompli aqra »

“Huwa tajjeb li nħossuna familja ta’ min jemmen” – L-Arċisqof waqt Encounter

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Park Nazzjonali, Ta’ Qali
    14 ta’ April 2018

    Iż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws kienu telqu minn Ġerusalemm qalbhom maqtugħa; kienu diġà semgħu n-nisa jgħidulhom li ltaqgħu ma’ Ġesù rxoxt u li kien tahom appuntmaent għall-Galilija, imma tfixxklu bix-xhieda tan-nisa u ddeċidew li jitilqu minn Ġerusalemm.

    Il-Mulej ħa ħsiebhom: issieħeb magħhom fit-triq u peress li rahom imnikkta, staqsihom għaliex…

  • Kompli aqra »

L-Alfabett tal-Ħolqien

Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-Magażin Flimkien

  • Fl-alfabett tal-ħolqien it-tfal huma rigal prezzjuż. Fit-tradizzjoni qawwija, mhux biss tar-reliġjon imma anke tal-kultura tagħna, il-poplu Malti u Għawdxi dejjem laqa’ t-tfal bħala rigal kbir tal-Ħallieq.

    Ix-xewqa għat-tfal hija xewqa qaddisa, u dak kollu li nistgħu nagħmlu biex ngħinu lill-koppji li ma jistax ikollhom tfal biex ikunu jistgħu jħaddnu l-ulied huwa ta’ min ifaħħru u jbierku. Il-Knisja dejjem tat l-appoġġ tagħha lix-xjenza li minflok tieħu post il-proċess naturali tat-tnissil, tipprova tiffaċilitah…

  • Kompli aqra »

“Ma nistgħux naħdmu għall-ġustizzja f’kull ambjent u nippretendu li ma jkollniex it-taħbit u t-tiġrib, u dan m’għandux jaqtgħalna qalbna!” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq is-sitt xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta 16 ta’ April 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’riferiment ta’ xi ħaġa li għamel Ġesù u li fiha sinifikat profond: Ġesù mexa fuq il-baħar. Il-baħar fl-Iskrittura huwa ħafna drabi element negattiv u ta’ periklu. Il-mixja ta’ Ġesù fuq il-baħar hija din il-kapaċità li tegħleb dak kollu li huwa negattiv u kaotiku; hija din il-qawwa li ġġib ordni u paċi…

  • Kompli aqra »

Servizz għall-poplu Malti u għad-dinjità tal-bniedem – L-Arċisqof

Messaġġ waqt l-iffirmar tal-ftehim għat-twaqqif ta’ St Michael’s Hospice

Messaġġ mill-Arċisqof

Hija xi ħaġa sabiħa ħafna li l‑Arċidjoċesi ta’ Malta qiegħda toffri din il‑proprjetà lill‑Hospice. Bdiet b’inizjattiva ta’ mara lajka (Adelaide Cini) li kienet profeta ta’ servizz soċjali li kien neċessarju fi żmienha, u issa qed tiġi afdata lil lajċi esperti biex nirrispondu għal sitwazzjoni attwali.

Servizz għall‑poplu Malti u servizz għad‑dinjità tal‑bniedem. Il‑Hospice għandhom bżonn mhux biss l‑appoġġ imma l‑ammirazzjoni tagħna wkoll għal dak kollu li jagħmlu bis‑servizzi li joffru fil‑komunità u issa wkoll bl‑offerta ta’ servizz u esperjenza residenzjali li mhux biss fid‑djar, imma anke f’dan l‑ambjent, li nawguraw li jkun ambjent sabiħ… Kompli aqra »

Nibqgħu nitolbu lil Publiju biex jibqa’ jkollna l-għatx u l-ġuħ għall-ġustizzja – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Furjana
    15 ta’ April 2018

    Il-kelma ‘hieni’ u ‘mbierek’ li Ġesù jtenni fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, din il-kelma ‘ħieni’ issir sinonimu ta’ qaddis għax dik il-persuna fidila lejn Alla u li tgħix il-Kelma tiegħu, tilħaq fl-għotja tagħha nfisha l-veru ferħ.

    Aħna l-Maltin meta nirreferu għall-Prinċep, għall-Protos tal-gżira li laqa’ lill-Appostlu Missierna, nirreferu għalih bħala San Publiju…

  • Kompli aqra »

‘Li tikkura u tieħu ħsieb il-morda hija waħda mill-aqwa opri tal-ħniena’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tal-Isptar Mater Dei, Tal-Qroqq
    8 ta’ April 2018

    “Rajna lill-Mulej” (Ġw 20, 25).  Hekk qalu d-dixxipli lil Tumas it-Tewmi, li ma kienx magħhom meta fil-jum tal-Għid, fil-jum tal-irxoxt tiegħu ġie f’nofshom. “Rajna lill-Mulej”.

    Ir-risposta tiegħu kienet risposta li baqgħet magħrufa u famuża: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx” (v…

  • Kompli aqra »

“Nieħdu l-opportunitajiet kollha tal-ħniena tal-Mulej … is-Sagramenti huma laqgħat speċjali mal-ħniena ta’ Alla” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar
    8 ta’ April 2018

    Kif tafu lkoll, l-ikona li rrakkontat Santa Fawstina Kowalska fl-esperjenzi mistiċi li kellha u li laqqgħuha ma’ Ġesù u l-ħniena divina tiegħu, fir-rakkonti tagħha, tgħid li mill-Qalb ta’ Ġesù kienu joħorġu raġġi li jfakkruna fl-ilma u d-demm li ħarġu mill-kustat tiegħu…

  • Kompli aqra »

“L-ikbar ħniena hija li taħfer lill-għedewwa” – L-Arċisqof fil-festa tal-Ħniena Divina

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II fl-okkażjoni tat-18-il anniversarju mit-twaqqif tal-festa tal-Ħniena Divina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    8 ta’ April 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna jgħaqqad il-Ħadd tal-Għid ma’ dak li ġara tmint ijiem wara bħal-lum. Qegħdin niċċelebraw dan il-Ħadd bħala l-Ħadd tal-Ħniena Divina għaliex Ħadd fuq l-Għid, fit-tieni Ħadd tal-Għid, meta l-imgħammdin il-ġodda għall-ewwel darba jmorru għall-Ewkaristija tal-Ħadd bħala membri sħaħ tal-komunità, minn dejjem jinqara l-Evanġelju fejn il-Mulej jagħti l-aqwa don lid-dixxipli tiegħu: “Il-paċi magħkom, is-sliem għalikom” (Ġw 20, 19)…

  • Kompli aqra »

Il-Mulej jafkom, jaf il-preġji tagħkom u jaf ukoll id-dgħufija tagħkom … Hu qiegħed jafdakom! – L-Arċisqof lid-disa’ saċerdoti ġodda

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

    7 ta’ April 2018

    “Morru fid-dinja kollha xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16, 15). Dan huwa l-kliem ta’ konsenja li l-Mulej Irxoxt jagħti lill-ħdax. Huwa kliem ta’ missjoni: “Morru fid-dinja kollha”. Il-Mulej qed jafdalhom li jxandru l-aħbar it-tajba li ġab hu u li hu att universali għaliex din il-missjoni u din il-fiduċja trid tilħaq lil ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »