Il-Papa fl-Angelus jitlobna ma ninsewx lin-nies tal-Myanmar u tal-Ukrajna
19/06/2022 Il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!
Fl-Italja u f’pajjiżi oħra llum qed issir iċ-ċelebrazzjoni tas-solennità tal-Ġisem u d-Demm Qaddis ta’ Kristu. L-Ewkaristija, imwaqqfa fl-Aħħar Ikla kien il-punt tal-wasla ta’ triq li tulha Ġesù kien ħejja għaliha permezz ta’ xi sinjali, fuq kollox it-tkattir tal-ħobż, li jirrakkuntalna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (ara Lq 9:11b-17). Ġesù jieħu ħsieb il-folla kbira li ġriet warajh biex tisma’ kelmtu u tinħeles minn mard varju. Ibierek ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jaqsamhom, id-dixxipli jqassmuhom, u “kulħadd kiel u xaba’” (Lq 9:17), jgħidilna l-Evanġelju. Fl-Ewkaristija kull wieħed u waħda minna nistgħu nġarrbu esperjenza tal-attenzjoni mimlija mħabba u konkreta tal-Mulej… Kompli aqra »