Il-Papa fl-Angelus: Jalla l-Ispirtu s-Santu jġedded fina l-grazzja tal-magħmudija
17/10/2021Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mk 10, 35-45) jirrakkonta li żewġ dixxipli, Ġakbu u Ġwanni, jitolbu li Ġesù biex ġurnata waħda jkunu bilqiegħda maġenbu fil-glorja, qieshom xi “prim ministri”, jew xi ħaġa hekk. Iżda d-dixxipli l-oħra jisimgħuhom u jieħdu għalihom. F’dal-punt, bil-paċenzja, Ġesù joffrilhom tagħlima kbira: il-veru glorja ma tinkisibx billi nogħlew fuq l-oħrajn imma billi ngħixu l-istess magħmudija li kellu jirċievi Hu, ftit taż-żmien wara, f’Ġerusalemm, jiġifieri s-salib. Xi jfisser dan? Il-kelma ‘magħmudija” tfisser “immersjoni”: bil-Pasjoni tiegħu Ġesù niżel fl-imwiet billi offra ħajtu biex isalvana. Il-glorja tiegħu, il-glorja t’Alla għalhekk, hi mħabba li ssir qadi, mhux setgħa mxennqa biex tiddomina. Mhux setgħa bix-xenqa li tiddomina, le! Hija mħabba li ssir qadi. Għalhekk Ġesù jtemm jgħid lil tiegħu, u lilna wkoll: “Min irid ikun il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mk 10, 43). Biex tikbru għandkom timxu t-triq tal-qadi, isservu lill-oħrajn… Kompli aqra »