Anġelus

Il-Papa fl-Anġelus: Kif inhi l-fidi tiegħi?

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!’

L-Evanġelju tal-lum jirrakkonta l-laqgħa ta’ Ġesù mal-mara Kangħanija, ‘il barra mit-territorju ta’ Iżrael (cfr Mt 15,21-28). Hi titolbu jeħles lil bintha li kienet itturmentata mix-xitan, iżda l-Mulej ma jagħtihiex widen. Hi tinsisti u d-dixxipli jagħtuh parir biex jaqtgħalha xewqtha ħalli tieqaf, iżda Ġesù jispjega li l-missjoni tiegħu kienet destinata għal ulied Iżrael u juża dit-tixbiha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-ħajja ta’ Marija mmarkata b’servizz u tifħir

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, solennità ta’ Marija Assunta, nikkontemplawha hi u tiela’ bir-ruħ u bil-ġisem lejn il-glorja tas-Sema. L-Evanġelju tal-lum ukoll jippreżentahielna hi u tiela’, din id-darba lejn “l-għoljiet” (Lq 1,39). U għalfejn tiela’? Biex tgħin lill-kuġina Eliżabetta, u hemmhekk tgħanni l-kantiku ta’ ferħ, il-Magnificat. Marija titla’ u l-Kelma t’Alla turina dak li jikkaratterizzaha hi u tielgħa ’l fuq: is-servizz tal-proxxmu u t-tifħir lil AllaKompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Sejjaħ u ilqa’ ‘l-Mulej fit-tempesti tal-ħajja

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jirrakkuntalna miraklu partikolari ta’ Ġesù.  Billejl, Hu jimxi fuq l-ilma tal-għadira tal-Galilija biex jiltaqa’ mad-dixxipli li qed jaqsmu min-naħa għall-oħra bid-dagħjsa (cfr (Mt 14, 22-33).  Insaqsu: għaliex għamel hekk Ġesù?  Biex jagħmel spettaklu?  Le!  Allura għaliex?  Forsi minħabba xi ħtieġa urġenti u imprevedibbli, biex jgħin lil tiegħu li jinsabu mwaħħlin minħabba r-riħ kontra?  Le, iżda għaliex kien Hu li fassal kollox, li qalilhom biex jitilqu billejl u saħansitra – jgħidilna t-test – “ġagħalhom” (cfr v… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: il-ħolma ta’ żgħażagħ li jitolbu għall-paċi

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  Parque Tejo, Lisbona

Għeżież ħuti,

Kelma li dwiet bosta drabi f’dawn il-ġranet kienet: “grazzi”, jew aħjar, “obrigado”.  Dak li qalilna l-Patrijarka ta’ Lisbona sabiħ ħafna, jiġifieri li “obrigado” ma tifssirx biss gratitudni għal dak li wieħed ikun irċieva, imma wkoll ix-xewqa li l-ġid ikun reċiprokat. F’din il-ġrajja ta’ grazzja li lkoll kemm aħna rċevejna u issa l-Mulej, aħna u sejrin lura lejn djarna, qed inissel fina l-ħtieġa li naqsmu mal-oħrajn, inkunu xhieda tal-ferħ, tal-gratwità ta’ Alla, u ta’ dak li Alla qiegħed fi qlubna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: L-ewwel fittex, imbagħad sab u fl-aħħar xtara

  Il-Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jirrakkuntalna l-parabbola tan-negozjant li kien qed ifittex ġawhra prezzjuża. Ġesù jgħid li dan “meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar bejgħ kulma kellu u xtara lilha” (Mt 13,46).  Nieqfu ftit fuq il-ġesti ta’ dan in-neguzjant, li l-ewwel fittex, imbagħad sab u fl-aħħar xtara.

L-ewwel ġest: fittex.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ma jistax isir il-ġid billi dak li sejjer ħażin inqaċċtuh bl-addoċċ

  Il-Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum joffrielna l-parabbola tal-qamħ u s-sikrana (cfr Mt 13,24-43).  Bidwi li ferrex żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu, jiskopri li xi għadu żera’ wkoll is-sikrana matul il-lejl, pjanta li tixbaħ ħafna l-qamħ, imma tinfesta.

B’dal-mod, Ġesù qed jitkellem dwar id-dinja tagħna, li fil-fatt tixbaħ għalqa kbira, fejn Alla jiżra’ l-qamħ u l-malinn is-sikrana, b’hekk jikbru flimkien kemm it-tajjeb u wkoll il-ħażen.  … Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Kif bdiet il-fidi tiegħi?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna l-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra’ (cfr Mt 13,1-23).  It-tixbiha taż-żergħa hi sabiħa ħafna u Ġesù jużaha biex jiddeskrivi d-don tal-Kelma tiegħu.  Nimmaġinaw żerriegħa waħda: żgħira, kważi lanqas taraha, imma tkabbar pjanti li jagħtu l-frott. Hekk hi l-Kelma t’Alla; niftakru fl-Evanġelju, mhux ktieb kbir, jista’ jiksbu kulħadd, li jipproduċi ħajja ġdida f’min jilqgħu.  Għalhekk, jekk il-Kelma hi ż-żerriegħa, aħna l-art: nistgħu nirċevuha inkella le.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Alla juri lilu nnifsu billi jeħles u jfejjaq lill-bniedem

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jagħtina talba sabiħa ħafna ta’ Ġesù, li jdur lejn il-Missier u jgħidlu: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin” (Mt 11,25).  Imma għalxiex qiegħed jirreferi kliem Ġesù?  U wkoll, min huma dawn iċ-ċkejknin li dawn il-ħwejjeġ ikunu rivelati lilhom?  Nieqfu fuq dan: fuq l-affarijiet li minħabba fihom Ġesù jfaħħar lill-Missier u fuq iċ-ċkejknin li jafu jilqgħuhom… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Jien minn xiex nibża’?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jirrepeti lid-dixxipli tiegħu għal tliet darbiet: “Tibżgħux” (Mt 10, 26.28.31).  Ftit ħin qabel kien kellimhom dwar il-persekuzzjonijiet li kellhom isofru minħabba l-Evanġelju, realtà li għada attwali: infatti l-Knisja, sa mill-bidu nett tagħha, flimkien mal-ferħat – u kien hemm ħafna minnhom! – ġarrbet ukoll tant persekuzzjonijiet.  Donnu paradossali: it-tħabbira tas-Saltna hi messaġġ ta’ paċi u ġustizzja, msejjes fuq il-karità fraterna u fuq il-maħfra, madankollu jġarrab oppożizzjoni, vjolenza u persekuzzjonijiet.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Aħna li nemmnu f’Alla qrib, nafdaw fih?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lejn kull min, fil-ġranet li fihom kont rikoverat fil-Policlinico Gemelli, urieni għożża, interess u ħbiberija, u żgurani li kien qed jgħinni bit-talb.  Din il-qrubija umana u spiritwali, kienet għalija għajnuna kbira u faraġ. Grazzi lil kulħadd, grazzi lilkom, grazzi minn qalbi!

Illum, fl-Evanġelju, Ġesù jsejjaħ bl-isem – isejjaħ bl-isem – u jibgħat lit-tnax l-Appostlu. Meta jibgħathom jistedinhom iħabbru ħaġa waħda: “Intom u sejrin ħabbru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet (Mt 10,7).  Hi l-istess aħbar li biha Ġesù beda l-predikazzjoni tiegħu: is-Saltna t’Alla, jiġifieri s-sinjorija ta’ mħabbtu, qorbot lejna, ġiet fostna… Kompli aqra »