Il-Papa fl-Udjenza: L-umiltà hi virtù soda
22/05/2024 Pjazza San Pietru, il-VatikanKatekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 21. L-umiltà
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Nagħlqu dan iċ-ċiklu ta’ katekeżijiet billi nieqfu fuq virtù li ma tagħmilx parti mis-settenarju ta’ dawk kardinali u teologali, imma li hi fil-bażi tal-ħajja Nisranija: din il-virtù hija l-umiltà. Din hi l-ikbar antagonista tal-iktar mortali qalb il-vizzji, jiġifieri s-suppervja. Waqt li l-kburija u s-suppervja jonfħu lill-qalb tal-bniedem, u jagħmluna nidhru iktar minn dak li aħna, l-umiltà terġa’ tqiegħed kollox fid-dimensjoni t-tajba: aħna ħlejjaq tal-għaġeb imma limitati, bi preġji u difetti… Kompli aqra »