Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Anġelus – L-imħabba sseddaq

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, is-sena t-tajba!

F’dan il-jum li fih niċċelebraw lil Marija Santissma Omm Alla, inqiegħedu ż-żmien li ngħatalna taħt il-ħarsien attent tagħha. J’alla tindukrana tul din is-sena.

L-Evanġelju tal-lum jurina li l-kobor ta’ Marija mhux riżultat ta’ xi azzjoni straordinarja; pjuttost, waqt li r-ragħajja jħaffu lejn Betlehem wara li waslitilhom l-aħbar (cfr Lq 2,15-16), hi tibqa’ siekta.  Hu sinjal sabiħ is-skiet tal-Omm.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Sabiħa t-tenerezza fiż-żwieġ

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum qed niċċelebraw il-festa tal-familja mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.  L-Evanġelju jurihielna fit-tempju ta’ Ġerusalemm għall-preżentazzjoni tal-Bambin Ġesù (cfr Lq 2,22-40)m

Il-familja tasal fit-tempju u tieħu magħha l-offerta l-aktar umli fost dawk preskritti mill-liġi, bħala xhieda tal-faqar tagħha. Fl-aħħar Marija titħabbrilha profezija; sejf għad jinfidlek ruħek” (v. 35). Jaslu fil-faqar u jitilqu mgħobbijin bis-sofferenza.  … Kompli aqra »

X’se jkunu l-konsegwenzi ta’ teknoloġiji diġitali ġodda? – Il-Papa fil-Jum Dinji għall-Paċi

Fil-bidu tas-sena l-ġdida, li hu żmien ta’ grazzja li l-Mulej jagħti lil kull wieħed u waħda minna, nixtieq nindirizza lill-Poplu ta’ Alla, lill-ġnus, lill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern, lir-Rappreżentanti ta’ reliġjonijiet differenti u lis-soċjetà ċivili, lill-irġiel u n-nisa kollha ta’ żmienna biex inwassal ix-xewqat tiegħi għall-paċi.

1. II-progress tax-xjenza u tat-teknoloġija bħala triq għall-paċi

L-Iskrittura Mqaddsa tixhed li Alla ta lill-bnedmin l-Ispirtu tiegħu biex ikollhom “għerf, intelliġenza u għarfien f’kull xorta ta’ ħidma” (Eż 35.31)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ħu ħsieb qalbek, u agħraf u iċħad il-ħażen

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Katekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 1. Introduzzjoni: nieħdu ħsieb ta’ qalbna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nintroduċi ċiklu ta’ katekeżi fuq it-tema tal-vizzji u l-virtujiet. U nistgħu nibdew sewwasew mill-ftuħ tal-Bibbja, hemm fejn il-ktieb tal-Ġenesi, permezz tar-rakkont tal-ewwel ġenituri tagħna, jippreżenta d-dinamika tal-ħażen u tat-tentazzjoni. Ejjew naħsbu fil-Ġenna tal-art. Fil-kwadru idilliku rrappreżentat mill-ġnien tal-Għeden, jitfaċċa persunaġġ li jsir is-simbolu tat-tentazzjoni: is-serp, dan il-persunaġġ li jwaqqa’ fit-tentazzjoni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: kif iħobb Alla – billi jilqa’, jipproteġi, jirrispetta lill-oħrajn

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, l-Evanġelju jippreżentalna x-xena tat-Tħabbira tal-Anġlu (ara Lq 1:26-38).  Biex jispjega lil Marija kif kellha tnissel lil Ġesù, l-anġlu jgħidilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek” (v. 35). Nieqfu ftit fuq din it-tixbiha: id-dell.

F’art bħal dik fejn kienet għix Marija, b’xemx tiżreġ bla ma taqta’, sħaba għaddejja, siġra li tirreżisti n-nixfa, tinda li tilqgħek, jaħju u jipproteġu.  Id-dell hu don li jistejqer, l-anġlu propju hekk jiddeskrivi l-mod li bih l-Ispirtu s-Santu jinżel fuq Marija, il-mod ta’ kif jaħdem Alla… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Kurja Rumana: ‘Dawk biss li jħobbu jistgħu jimxu ‘l quddiem’

Pope Francis’s Christmas greetings to the Curia resonated with the spirit of the ongoing Synodal process, which asks the Church to listen, discern, and walk together with the faithful so that everyone can participate in the dynamism of missionary communion.

Addressing members of the Roman Curia in the Vatican on Thursday morning, the Pope began his address highlighting the importance of listening.

Listening with the heart

He drew attention to the exemplary model of the Virgin Mary, and urged those present  to listen not only with their ears but with their hearts, echoing the wisdom of Saint Benedict who speaks of listening with “the ear of your heart.”

Mary’s open-hearted reception of the angel’s message, he said, serves as a reminder that true listening involves an interior openness that goes beyond mere exchange of information “because more important than any precept is our need to enter into a relationship with God by accepting the gift of the love that he comes to bring us.“

“More important than any precept is our need to enter into a relationship with God by accepting the gift of the love that he comes to bring us.”

The Pope went on to emphasize the significance of humility in listening and said, “There is no better way to listen than ‘on our knees’.”

This humble posture, he explained, shows a willingness to set aside preconceived notions and prejudices, allowing us to truly understand the desires and needs of others… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ħallu lil qalbkom tħoss xi ħaġa

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

800 sena ilu, fil-Milied tal-1223, San Franġisk għamel fi Greccio l-presepju ħaj. Waqt li fid-djar u f’tant postijiet oħra hemm min qed iħejji jew ilesti l-presepju, nagħmlu sew li niskopru kif beda.

Mnejn nibet il-presepju? X’kienet l-intenzjoni ta’ San Franġisk? Qal hekk: “Jiena rrid infakkar b’mod ħaj it-tfajjel li twieled f’Betlehem, u li b’xi mod nara b’għajnejja l-ħtiġijiet u n-nuqqas ta’ kumdità li sab ruħu fihom meta ġie mqiegħed fil-maxtura u kif kien mimdud fuq it-tiben bejn il-baqra u l-ħmara” (Tumas ta’ Celano, Vita prima, XXX, 84: FF 468)… Kompli aqra »

Il-Papa jiċċelebra għeluq sninu, ta’ 87 jistaqsi lill-Kristjani biex jiċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù

Pope Francis turned 87 years old on Sunday, 17 December.

As he often does ahead of Christmas, the Pope spent a few moments with children and families assisted by the Santa Marta Dispensary, who presented him with a birthday cake and sang ‘Happy Birthday’.

The Santa Marta Dispensary has provided medical assistance to children and families in need for over 90 years, and is based just a stone’s throw away from the Pope’s residence inside the Vatican… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Jien tassew inħobb lill-Mulej, sal-punt li rrid inħabbru?

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti,

Illum nagħlqu s-serje ddedikata liż-żelu appostoliku, li fiha ħallejna tnebbaħna l-Kelma ta’ Alla biex tgħinna nrawmu fina l-passjoni għat-tħabbira tal-Vanġelu. U din ħaġa li tmiss lil kull Nisrani. Ejjew naħsbu fil-fatt li fil-Magħmudija ċ-ċelebrant, waqt li jmiss il-widnejn u l-fomm tal-imgħammed, jgħid: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr b’fommok il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ejjew nivvalorizzaw is-silenzju, il-moderazzjoni u s-smigħ

  Il-Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dan it-tieni Ħadd tal-Avvent, l-Evanġelju jkellimna dwar Ġwanni l-Battista, il-prekursur ta’ Ġesù (cfr Mk 1,1-8), u jiddeskriviehulna bħala “leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert” (v. 3). Id-deżert, imkien għeri, fejn m’hemmx komunikazzjoni, u l-vuċi, il-mezz li bih nitkellmu, jidhru qishom żewġ tixbihat kontradittorji, imma fil-Battista jingħaqdu flimkien.

Id-deżert. Hemmhekk Ġwanni jippriedka qrib ix-xmara Ġordan, qrib il-post li minnu, ħafna sekli qabel, il-poplu tiegħu kien daħal fl-art imwiegħda.  … Kompli aqra »