Il-Papa fl-Anġelus: Midinbin iva, korrotti le!
01/10/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-lum ikellimna dwar żewġ ulied li missierhom talabhom imorru jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli (Mt 21,28-32). Wieħed minnhom jgħid “iva” minnufih iżda ma jmurx. L-ieħor jgħid “le”, imbagħad jindem u jmur.
X’nistgħu ngħidu dwar l-imġieba ta’ dawn it-tnejn? Mill-ewwel jiġi f’moħħna li x-xogħol fl-għalqa tad-dwieli jitlob sagrifiċċju u biex wieħed jissagrifika ruħu fiha prezz, mhix ħaġa spontanja minkejja s-sbuħija tal-fatt li aħna wlied u werrieta. … Kompli aqra »