Il-Papa fl-Anġelus: Ma jistax isir il-ġid billi dak li sejjer ħażin inqaċċtuh bl-addoċċ
23/07/2023 Il-Pjazza San Pietru, Il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-lum joffrielna l-parabbola tal-qamħ u s-sikrana (cfr Mt 13,24-43). Bidwi li ferrex żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu, jiskopri li xi għadu żera’ wkoll is-sikrana matul il-lejl, pjanta li tixbaħ ħafna l-qamħ, imma tinfesta.
B’dal-mod, Ġesù qed jitkellem dwar id-dinja tagħna, li fil-fatt tixbaħ għalqa kbira, fejn Alla jiżra’ l-qamħ u l-malinn is-sikrana, b’hekk jikbru flimkien kemm it-tajjeb u wkoll il-ħażen. … Kompli aqra »