Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Udjenza jappella biex il-pajjiżi Ewropej kollha jġorru r-responsabbiltà tal-migrazzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, ftit tal-jiem biss bogħod mill-Milied, nixtieq infakkar mill-ġdid magħkom il-ġrajja li l-istorja ma tistax twarrab: it-twelid ta’ Ġesù.

Biex jobdu d-digriet tal-Imperatur Ċesari Awgustu, li ordna li kulħadd kellu jmur jirreġistra fil-pajjiż tal-oriġni tiegħu, Ġużeppi u Marija minn Nazaret telgħu Betlehem. Malli waslu, mill-ewwel fittxew fejn joqogħdu, għax kien għalqilha ż-żmien biex teħles; imma ma sabux, u allura Marija kellha tiled fi stalla (ara Lq 2:1-7)… Kompli aqra »

Djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, l-edukazzjoni u x-xogħol: għodod biex tinbena l-paċi dejjiema

Messaġġ mill-Papa Franġisku fil-55 Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Vatikan

1. “How beautiful upon the mountains are the feet of the messenger who announces peace” (Is 52:7).

The words of the prophet Isaiah speak of consolation; they voice the sigh of relief of a people in exile, weary of violence and oppression, exposed to indignity and death. The prophet Baruch had wondered: “Why is it, O Israel, why is it that you are in the land of your enemies, that you are growing old in a foreign country, that you are defiled with the dead, that you are counted among those in Hades?” (3:10-11)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: l-ewwel att ta’ karità lill-proxxmu hu li noffrulu wiċċ seren u mbissem

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, ir-raba’ Ħadd tal-Avvent, jirrakkonta ż-żjara li għamlet Marija lil Eliżabetta (cfr Lq 1:39-45).  Wara li rċeviet it-tħabbira tal-anġlu, il-Verġni Marija ma baqgħetx id-dar, thewden fuq dak li ġralha u taħseb dwar il-problemi u x’seta jinqala’, li ċertament ma kinux se jonqsu: għax, miskina, ma kinitx taf x’se taqbad tagħmel wara dik l-aħbar, minħabba l-kultura tal-epoka….  Ma setgħetx tifhem…  Bil-maqlub, l-ewwel ma ħasbet kien dwar min jinsab fil-bżonn: minflok ingħalqet fiha nfisha, fil-problemi tagħha, taħseb f’min hu fil-bżonn, taħseb f’Eliżabetta, qariba tagħha, li hi mgħobbija biż-żmien u tqila: ħaġa stramba, mirakoluża. Bil-ġenerożità, Marija tibda vjaġġ, bla ma beżgħet mill-inkonvenjenzi tat-triq, billi wieġbet qisha b’molla minn ġewwa li sejħitilha biex tkun qrib u tagħti l-għajnuna. Triq twila, kilometri fuq kilometri, u ma kienx hemm tal-linja! … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: l-importanza tas-silenzju fiż-żminijiet tal-lum

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-mixja ta’ riflessjoni tagħna fuq San Ġużepp. Wara li wrejt l-ambjent li fih għex, ir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni, u l-fatt li kien ġust u r-raġel ta’ Marija, illum nixtieq neżamina aspett ieħor importanti tal-figura tiegħu: is-skiet. Tant drabi llum għandna bżonn tas-skiet. Is-skiet hu importanti. Lili jolqotni vers mill-Ktieb tal-Għerf li nqara mill-perspettiva tal-Milied u li jgħid: “Waqt li ħemda ta’ kwiet kienet taħkem fuq kollox, il-kelma setgħana tiegħek niżlet fuq din l-art”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: l-armi mhumiex it-triq għall-paċi

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, it-tielet Ħadd tal-Avvent, jippreżentalna gruppi differenti tal-persuni – il-folla, il-pubblikani u s-suldati – li lkoll intlaqtu bil-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista u għalhekk jistaqsuh: “X’għandna nagħmlu?” (Lq 3:10). X’għandna nagħmlu? Din hi l-mistoqsija li jagħmlu. Ejjew nieqfu ftit dwar din id-domanda.

Din mhix frott tas-sens tad-dmir.  Pjuttost, hi l-qalb li miss il-Mulej, hu l-entużjażmu għall-miġja tiegħu li jwassalhom jgħidu: x’għandna nagħmlu? Ġwanni jgħid: “Il-Mulej qrib” – “X’għandna nagħmlu?” Nieħdu eżempju: nimmaġinaw li xi ħadd għażiż ġej iżurna.  Nistennewh bil-ferħ, bil-ħerqa. Biex nilqgħuh kif jixraq innaddfu d-dar, inħejju l-aħjar ikla possibbli, forsi xi rigal… Insomma, naħdmu sfiq… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ejja nħarsu f’għajnejn l-iskartati li niltaqgħu magħhom

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, is-Solennità tal-Konċepiment Immakulat tal-Beata Verġni Marija, idaħħalna fid-dar ta’ Nażaret, fejn tirċievi t-tħabbira tal-anġlu (cfr Lq 1:26-38). Bejn il-ħitan tad-dar, il-persuna tidher x’inhi aktar milli meta tkun xi mkien ieħor. U propju f’dik l-intimità tad-dar l-Evanġelju jtina dettall li jikxef is-sbuħija tal-qalb ta’ Marija.

L-anġlu jindirizzaha bħala “mimlija bil-grazzja”. Jekk hi mimlija bil-grazzja, ifisser li Marija hi ħielsa għal kollox mill-ħażen, bla dnub, Immakulata.  … Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa fil-Jum tal-Persuni b’Diżabbiltà

“Intom il-ħbieb tiegħi” (Ġw15:14)

Ħuti għeżież!

Waqt li qed infakkru l-Jum Internazzjonali tagħkom, nixtieq nindirizza direttament lilkom kollha li tgħixu b’kull għamla ta’ diżabilità biex ngħidilkom li l-Knisja tħobbkom, u għandha bżonnkom għat-twettieq tal-missjoni tagħha fis-servizz tal-Vanġelu.

Ġesù, il-ħabib tagħna

Ġesù huwa l-ħabib tagħna! Hekk qal lid-dixxipli tiegħu fl-Aħħar Ċena (ara Ġw. 15:14). Kliemu huwa indirizzat lilna wkoll; jitfa’ dawl fuq il-misteru tar-relazzjoni mill-qrib tagħna miegħu bħala membri tal-Knisja tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa jafda ż-żjara f’Ċipru u l-Greċja f’idejn il-Madonna

Photo: Pope Francis prays at the feet of the ancient icon of Our Lady – vatican.va

The Pope took a moment from his busy schedule on Wednesday afternoon to pray a while at the feet of the ancient Roman icon of Mary Salus Populi Romani. He traveled to the papal Basilica of St Mary Major for a brief visit, before returning to the Vatican… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza b’messaġġ għall-koppji għarajjes: meta jispiċċa n-namur tibda l-imħabba vera

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nissoktaw bil-mixja tagħna ta’ riflessjoni fuq il-figura ta’ San Ġużepp. Illum nixtieq ninżel fil-fond tal-fatt li hu kien “ġust” u “r-raġel mgħarras lil Marija”, u hekk nagħti messaġġ lill-għarajjes kollha, u anki lill-miżżewġin ġodda. Ħafna ġrajjiet marbuta ma’ Ġużeppi jimlew ir-rakkonti tal-vanġeli apokrifi, jiġifieri dawk li mhumiex kanoniċi, u li influwenzaw anki l-arti u diversi postijiet ta’ kult… Kompli aqra »