Il-Papa fl-Udjenza: Il-libertà titwettaq fil-karità
21/10/2021 Il-VatikanGħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
F’dawn il-jiem qed nitkellmu fuq il-libertà tal-fidi, aħna u nisimgħu l-Ittra lill-Galatin. Imma ġieni f’moħħi dak li Ġesù qal fuq l-ispontanjetà u l-libertà tat-tfal, meta dan it-tifel bil-libertà kollha resaq lejja u qagħad idur qisu qiegħed id-dar… U Ġesù jgħidilna: “Intom ukoll, jekk ma tagħmlux bħat-tfal iż-żgħar, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet”. Il-kuraġġ li nersqu lejn il-Mulej, li nkunu miftuħin għall-Mulej, li ma nibżgħux mill-Mulej: jiena nirringrazzjah lil dan it-tifel tal-lezzjoni li ta lilna lkoll… Kompli aqra »