Il-Papa fl-Udjenza: Id-dnub ibegħedna minn Ġesú
21/08/2024 Pjazza San Pietru, il-VatikanKatekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 6. “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi”. L-Ispirtu s-Santu fil-Magħmudija ta’ Ġesù
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum nirriflettu fuq l-Ispirtu s-Santu li jinżel fuq Ġesù fil-magħmudija tal-Ġordan u minnu jixtered fil-ġisem tiegħu li hu l-Knisja. Fil-Vanġelu ta’ Marku x-xena tal-magħmudija ta’ Ġesù hi mfissra hekk: “U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: ‘Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi’” (Mk 1:9-11)… Kompli aqra »