Udjenzi Ġenerali

Il-Papa fl-Udjenza: is-sabar u qalb miftuħa għal Ġesù huma r-riċetta biex ngħixu tajjeb

  Is-Sala Pawlu VI

Katekeżi: Il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni: iż-żelu appostoliku ta’ min jemmen. 19. Nitolbu u naqdu bil-ferħ: Kateri Tekakwitha, l-ewwel qaddisa nativa tal-Amerika ta’ Fuq

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Issa, waqt li nkomplu bil-katekeżi tagħna fuq it-tema taż-żelu appostoliku u tal-passjoni għax-xandir tal-Vanġelu, illum nagħtu ħarsa lejn Santa Kateri Tekakwitha, l-ewwel mara nativa tal-Amerika ta’ Fuq li ġiet ikkanonizzata. Imwielda lejn is-sena 1656 f’raħal fil-parti għolja tal-Istat ta’ New York, kienet bint kap Mohawk mhux imgħammed u omm Nisranija Algonchina, li lil Kateri għallmitha titlob u tkanta innijiet lil Alla… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ejjew nitgħallmu mmorru għand l-Omm bid-diffikultajiet tal-ħajja

Udjenza Ġenerali

  Awla Pawlu VI, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja tagħna biex niskopru mill-ġdid il-passjoni għat-tħabbira tal-Vanġelu, biex naraw kif iż-żelu appostoliku, din il-passjoni biex jitħabbar il-Vanġelu, żviluppa fl-istorja tal-Knisja, f’din il-mixja llum qed inħarsu lejn il-kontinent Amerikan. Hawnhekk l-evanġelizzazzjoni għandha għajn dejjem ħajja: Guadalupe. Hija għajn ħajja. Il-Messikani qed jieħdu pjaċir! Ma għandniex xi ngħidu, il-Vanġelu kien wasal għandkom diġà qabel dawk id-dehriet, imma b’xorti ħażina kien ġie akkumpanjat ukoll minn interessi mondani… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Tlabt għall-paċi

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-jiem li għaddew mort il-Portugall għas-37 Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Dan il-JDŻ f’Lisbona, li ġie wara l-pandemija, kulħadd għexu bħala don ta’ Alla li reġa’ ċaqlaq il-qlub u l-passi taż-żgħażagħ, tant żgħażagħ mill-irkejjen kollha tad-dinja – tant! – biex imorru jiltaqgħu ma’ xulxin u jiltaqgħu ma’ Ġesù. 

Il-pandemija, dan nafuh tajjeb, ħalliet effett peżanti fuq l-imġibiet soċjali tagħna: l-iżolament spiss spiċċa f’għeluq, u ż-żgħażagħ dan ħassewh b’mod partikulari… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Teduka jfisser tgħin lil dak li jkun jaħseb tajjeb

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum neħtieġu naqra paċenzja, b’din is-sħana kollha! Grazzi li ġejtu xorta f’din is-sħana, b’din ix-xemx tiżreġ, grazzi ħafna taż-żjara tagħkom!

F’din is-serje ta’ katekeżi fuq iż-żelu appostoliku, qed niltaqgħu ma’ xi figuri eżemplari ta’ rġiel u nisa ta’ kull żmien u post, li taw ħajjithom għall-Vanġelu. Illum se mmorru ’l bogħod, fl-Oċeanja, f’kontinent magħmul minn ħafna gżejjer, kbar u żgħar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udejnza: Ejjew nistaqsu lilna nfusna – Jiena koerenti?

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-katekeżijiet aħna qed inkomplu nitkellmu fuq iż-żelu appostoliku, jiġifieri dak li jħoss in-Nisrani biex imexxi ’l quddiem it-tħabbira ta’ Ġesù Kristu. U llum nixtieq nippreżenta eżempju ieħor kbir ta’ żelu appostoliku: tkellimna dwar San Franġisk Saverju, dwar San Pawl, iż-żelu appostoliku ta’ nies kbar żelanti; illum se nitkellmu fuq wieħed – Taljan – imma li mar ukoll iċ-Ċina: Matteo Ricci… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Int dixxiplu ta’ Ġesù?

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din is-serje ta’ katekeżi noqogħdu fl-iskola ta’ xi qaddisin irġiel u nisa li, bħala xhieda eżemplari, jgħallmuna ż-żelu appostoliku. Niftakru li qed nitkellmu fuq iż-żelu appostoliku, dak li għandu jkollna aħna biex inxandru l-Vanġelu.

Eżempju kbir ta’ qaddis b’passjoni għall-evanġelizzazzjoni llum immorru nsibuh f’art imbiegħda ħafna, jew aħjar, fil-Knisja Koreana. Ejjew inħarsu lejn il-martri u l-ewwel saċerdot Korean Sant’Andrija Kim Tae-gon… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: X’kuraġġ kellhom dawn il-qaddisin missjunarji

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-mixja tagħna ta’ katekeżi fuq xi mudelli eżemplari ta’ żelu appostoliku… niftakru li qed nitkellmu fuq l-evanġelizzazzjoni, fuq iż-żelu appostoliku, fuq kif inxerrdu aktar l-isem ta’ Ġesù, u fl-istorja għandna tant nisa u rġiel li għamlu dan b’mod eżemplari. Illum, ngħidu aħna, nagħżlu lil San Franġisk Saverju: hu meqjus, skont xi wħud, l-ikbar missjunarju taż-żminijiet moderni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udejnza: Nibqgħu aħwa tajba, qatt ma llatikajna

Għeżież ħuti!

Huwa b’ferħ kbir li llum insellem lill-Qdusija Tiegħu Tawadros II, Papa ta’ Lixandra u Patrijarka tas-Sede ta’ San Mark, u lid-delegazzjoni illustri li għandu miegħu.

Il-Qdusija Tiegħu Tawadros aċċetta l-istedina tiegħi li jiġi Ruma biex jiċċelebra miegħi l-ħamsin anniversarju tal-laqgħa storika bejn il-Papa San Pawlu VI u l-Papa Shenouda III, fl-1973. Kienet l-ewwel laqgħa bejn Isqof ta’ Ruma u Patrijarka tal-Knisja Kopta Ortodossa, li laħqet il-quċċata tagħha bil-firma ta’ dikjarazzjoni Kristoloġika komuni memorabbli, eżattament fl-10 ta’ Mejju… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Kristu hu l-futur tagħna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Tlitt ijiem ilu dħalt lura mill-vjaġġ fl-Ungerija. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħejjew u akkumpanjaw din iż-żjara bit-talb, u nġedded ir-rikonoxxenza tiegħi lejn l-Awtoritajiet, lejn il-Knejjes lokali u lejn il-poplu Ungeriż, poplu kuraġġjuż u għani fil-memorja. Tul il-permanenza tiegħi f’Budapest stajt inħoss l-imħabba tal-Ungeriżi kollha. Illum nixtieq inkellimkom fuq din iż-żjara permezz ta’ żewġ immaġni: l-għeruq u l-pontijietKompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ilkoll aħna midinbin

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq ix-xhieda taż-żelu appostoliku. Tlaqna minn San Pawl u l-aħħar darba rajna l-martri, li jxandru lil Ġesù b’ħajjithom, sa ma jagħtuha għalih u għall-Vanġelu. Imma hemm xhieda oħra kbira tul l-istorja tal-fidi: dik tal-monaċi rġiel u nisa, aħwa li jiċħdu lilhom infushom, jiċħdu d-dinja biex isiru jixbhu lil Ġesù fit-triq tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza u biex jinterċedu għal kulħadd… Kompli aqra »