Ittra Pastorali għar-Randan
01/03/2014-
Ittra Pastorali għar-Randan
-
Sehemna Fil-Bini Tas-Soċjetà
-
Għeżież ħutna,
Fil-mixja tagħna bħala poplu, għamilna passi u kisbiet kbar biex il-ġens tagħna jintiseġ bħala nazzjon u jkollu dinjità…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Ittra Pastorali għar-Randan
Sehemna Fil-Bini Tas-Soċjetà
Għeżież ħutna,
Fil-mixja tagħna bħala poplu, għamilna passi u kisbiet kbar biex il-ġens tagħna jintiseġ bħala nazzjon u jkollu dinjità…
Ittra Pastorali għall-Avvent 2013
Il-Milied Festa tal-Għerusija tal-Mulej mal-Poplu Tiegħu
Biex tara il-verżjoni għat-tfal, agħfas hawn
Iż-żmien liturġiku tal-Avvent u l-Milied ifakkarna fl-istennija u l-miġja tal-Mulej fostna…
[lang_en]
A Time of Prayer and Charity
Dear brothers and sisters,
The period of Lent has just commenced in the Liturgy of the Catholic Church. The Catholic Church does not only follow the civil calendar. Human time is sanctified when the Church lives the experience of the life of Jesus throughout the Liturgical year. The Liturgical year, in its entirety, follows the Solemn Feast of Easter, that is, the authentic account of the suffering, death and resurrection of Jesus from the dead… Kompli aqra »
Rispett lejn il-Verità u lejn xulxin
Għeżież ħutna,
L-Elezzjonijiet Ġenerali huma mument ta’ importanza kbira fil-ħajja ta’ kull soċjetà demokratika. Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b’mod ħieles u responsabbli; il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta’ servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.
Il-Knisja tirrispetta l-awtonomija tal-Istat u timpenja ruħha li ddawwal il-kuxjenza libera taċ-ċittadini f’isem il-ġid komuni u f’isem il-ħarsien tad-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi… Kompli aqra »
Waħda mill-kwalitajiet sbieħ li għandu l-bniedem hija l-kapaċità li jisma’. M’humiex ftit dawk fostna li jixxenqu biex jisimgħu kelma bis-sens li jistgħu joqogħdu fuqha. Fl-istess ħin, illum il-bniedem hu ttentat jagħlaq widnejh għax għejja jisma’ kliem li għandu ħoss ħelu imma vojt. Il-kliem sar wisq irħis, tant li sar faċli nilagħbu bih. … Kompli aqra »
Għeżież tfal,
Waħda mill-karatteristiċi li għandu l-bniedem u li għandna aħna hija l-kapaċità li nisimgħu. Ħafna drabi ħafna nies ikollhom ix-xewqa li jisimgħu kelma li tagħmel sens u tgħinhom f’ħajjithom allavolja hemm xi wħud li qishom jagħlqu widnejhom biex jisimgħu l-kelma sabiħa ta’ Kristu.
Għalhekk sar importanti iktar minn qatt qabel li aħna naqsmu mal-oħrajn il-kliem ta’ Ġesù. Din hija l-missjoni tagħna bħala tfal insara… Kompli aqra »
Il-Papa Benedittu XVI din is-sena nieda Sena ta’ Fidi bid-dokument li jġib l-isem: “Il-Bieb tal-Fidi”. F’din is-sena huwa qiegħed iħeġġeġ lill-Insara kollha biex jikbru fil-fidi tagħhom. Is-Sena tal-Fidi tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012 u tintemm fl-24 ta’ Novembru 2013, Festa ta’ Kristu Sultan. Il-Papa beda b’dan il-kliem: “Il-bieb tal-fidi (Att 14,27) huwa dejjem miftuħ għalina, iwassalna għal għaqda ma’ Alla u joffri d-dħul fil-Knisja”… Kompli aqra »
Hija ħaġa tassew pożittiva li fil-pajjiż hawn dibattitu dwar kif numru ta’ koppji jistgħu jindirizzaw id-diffikultà tal-infertilità. Din hija xhieda ta’ kemm ngħożżu l-ħajja umana. Dan napprezzawh aktar meta naraw li qed ngħixu fi żmien fejn kemm fl-Ewropa kif ukoll f’Malta, parti sewwa tas-soċjeta’ hija xħiħa mal-ħajja fis-sens li r-rata tat-twelid hija baxxa… Kompli aqra »
Għeżież ħutna,
Wasalna għaż-żmien tar-Randan. Iż-żmien tar-Randan irid iwassalna għall-ġrajjiet kbar tat-tbatija, mewt u Qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn nirriflettu fuqhom u nħejju għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin. Dawn l-erbgħin jum iridu jdaħħluna fl-atmosfera ta’ dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda woll billi nirriflettu xi jfissru għalina… Kompli aqra »
Għeżież tfal,
Wasalna għaż-żmien tar-Randan. Dan huwa żmien li jfakkarna fit-tbatija, il-mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn naħsbu ftit aktar fuqhom u nippreparaw għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin. Dawn l-erbgħin jum iridu jgħinuna biex inġibu quddiem għajnejna dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda wkoll billi naraw kif jistgħu jgħinuna fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »