48 GĦAQDA DIFFERENTI GĦALL-LAQGĦA TAL-KDZ DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA
27/11/2009Madwar mitt rappreżentant minn tmienja u erbgħin għaqda differenti attendew għall-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009, u li matula tnediet il-mixja lejn il-laqgħa taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin mal-Papa Benedittu XVI, li ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010 fil-Waterfront, il-Belt. Matul din il-laqgħa, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, li għandha r-responsabbilita li tikkoordina l-programm u l-loġistika ta’ din il-laqgħa, beda l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-membri tal-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċi, l-movimenti u l-ordnijiet tar-reliġjużi kif ukoll ma’ għaqdiet oħrajn ta’ natura sekulari li kienu wkoll preżenti għal dawn id-diskussjonjiet sabiex jagħtu sehmhom fit-tiswir ta’ l-identita li għandha tieħu din il-laqgħa mal-Papa Benedittu… Kompli aqra »