Iż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta

48 GĦAQDA DIFFERENTI GĦALL-LAQGĦA TAL-KDZ DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Madwar mitt rappreżentant minn tmienja u erbgħin għaqda differenti attendew għall-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009, u li matula tnediet il-mixja lejn il-laqgħa taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin mal-Papa Benedittu XVI, li ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010 fil-Waterfront, il-Belt.  Matul din il-laqgħa, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, li għandha r-responsabbilita li tikkoordina l-programm u l-loġistika ta’ din il-laqgħa, beda l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-membri tal-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċi, l-movimenti u l-ordnijiet tar-reliġjużi kif ukoll ma’ għaqdiet oħrajn ta’ natura sekulari li kienu wkoll preżenti għal dawn id-diskussjonjiet sabiex jagħtu sehmhom fit-tiswir ta’ l-identita li għandha tieħu din il-laqgħa mal-Papa Benedittu… Kompli aqra »

TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

F’dawn il-ġranet, Fr Charles Tabone OP u Mr Kevin Papagiorcopulo, mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja, flimkien ma’ Fr Jesmond Manicaro, responsabbli mill-Liturġija, kienu Ruma biex jħejju għaż-żjara tal-Papa f’Malta. Huma ltaqgħu ma’ Padre Frederico Lombardi S.J., id-direttur ġenerali tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, tar-Radju tal-Vatikan u taċ-Ċentru televiziv tal-Vatikan, kif ukoll mad-diriġenti u t-tekniċi tar-Radju tal-Vatikan u taċ-ċentru televiziv. Laqgħat oħra kienu mad-direttur tal-gazzetta uffiċjali tal-Vatikan, l-Osservatore Romano… Kompli aqra »

Possibilta’ li l-Papa Benedittu XVI iżur Malta f’April

Wara l-istedina mill-Isqfijiet ta’ Malta u l-President tar-Repubblika lill-Qdusija tieg]u l-Papa Benedittu Sittax biex iżur Malta, Dr Alberto Gasbarri se jiġi Malta f’Ottubru biex jesplora din il-possibilita’. Dr Gasbarri, li huwa responsabbli miż-żjarat tal-Papa, se jikkunsidra li din iż-żjara ssir f’April tal-2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfragju ta’ San Pawl.

L-isqfijiet Maltin jixtiequ jħeġġu lill-Insara Maltin u Għawdxin biex jitolbu ħalli l-gżejjer Maltin ikollhom il-grazzja tal-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »