L-Aħbarijiet

Festa oħra ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta’ Jannar

Il-25 edizzjoni ta’ Festa ta’ Ġenerożità

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ s-26 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd, it-trasmissjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità se terġa’ ssir fl-istudios ta’ We f’Ħal Qormi. L-istudios se jkunu aċċessibbli biss għal dawk li se jwieġbu t-telefonati u l-VIPs mistiedna… Kompli aqra »

800 ikla fil-Milied għal min hu waħdu u fil-bżonn

Il-Caritas tipprovdi l-ikliet fid-djar minħabba l-pandemija

(xellug) Anthony Gatt minn Caritas Malta, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u Julian Sammut mill-Fondazzjoni Alf. Mizzi

Il-Caritas flimkien mal-Fondazzjoni Alf. Mizzi għaddejjin bit-tħejjijiet biex nhar il-Milied filgħodu jitqassmu mat-800 ikla lill-persuni fil-bżonn.

F’konferenza tal-aħbarijiet minn waħda mill-kċejjen tar-ristoranti mmexxija mill-fondazzjoni, id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt qal li din is-sena wkoll se jitqassmu l-ikliet fid-djar minħabba l-pandemija. Dan ser isir flok l-ikla tradizzjonali f’Jum il-Milied li s-soltu ssir fil-Kurja tal-Arċisqof… Kompli aqra »

Il-ħidma ta’ Patri Ġwann Xerri rikonoxxuta f’Jum ir-Repubblika

Patri Ġwann Xerri kien inħatar fl-Ordni Nazzjonali tal-Merti talli dejjem kien sod, konsistenti u b’vuċi voċifera favur dawk li tilfu d-dar tagħhom, favur in-nisa u l-omosesswali fost oħrajn.

Patri Ġwann Xerri jibqa’ magħruf bħala persuna li dejjem iddefenda d-drittijiet tal-foqra u dawk emarġinati mis-soċjetà anke f’postijiet meqjusa perikolużi u fejn hu kien f’periklu. Hu miet f’Mejju ta’ din i-sena kawża tal-Covid-19.

L-eks Membru Parlamentari Laburista, Reno Calleja ukoll ingħata Ġieħ ir-Repubblika “talli ppromwova lil Malta fuq livell interazzjonali b’mod partikolari fiċ-Ċina.” Bħalissa hu qed iservi ta’ konsulent għar-relazzjonijiet maċ-Ċina, lir-Rettur tal-Università f’Malta u rappreżentant tal-Gvern fi ħdan il-Kunsill tal-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (7)

Is-seba’ u l-aħħar riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Missier Veru.’ L-Arċisqof Scicluna jirrifletti fuq ir-rwoli tal-omm u l-missier, li għalkemm differenti, huma t-tnejn tant essenzjali għall-formazzjoni ta’ kull persuna. L-Arċisqof ifakkarna wkoll li anke meta l-ġenituri ma jkunux preżenti f’ħajjitna, il-paternità tal-Missier li hu fis-smewwiet tibqa’ dejjem ix-xempju tal-ħniena u ta’ mħabba lejn kulħadd, hu min hu u hi min hi, għax Alla ma jiddiskriminax.  

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

“Mhux għaqdiet tal-Knisja biss kontra l-liġi tal-kannabis”

Fr Jimmy Bartolo, qal li l-57 organizzazzjoni li ressqu petizzjoni quddiem il-Parlament dwar il-liġi tal-kannabis ma kinux magħmulin biss minn għaqdiet tal-Knisja. Hu kien qed jirrappreżenta lill-Kulleġġ San Alwiġi, waqt konferenza stampa li kienet organizzata minn dawn l-organizzazzjonijiet.

Fr Bartolo kien qed jirreferi għall-allegazzjoni tal-Ministru għall-Innovazzjoni Owen Bonnici li l-maġġoranza tal-oppożizzjoni għal dan l-abbozz kienet ġejja minn għaqdiet tal-Knisja. Jikkwota direttament lill-Papa Franġisku, hu wissa li l-mewta tal-proċess demokratiku twassal għal dittatorjat… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (6)

Is-sitt riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma fuq it-tema Ġużeppina ‘Ħajja li tħalli l-frott permezz ta’ xogħol idejh.’ L-Isqof Teuma jitkellem dwar l-onestà fix-xogħol u fuq il-post tax-xogħol, u dwar kif ix-xogħol innifsu jagħti dinjità li jmur oltre l-ħlas monetarju. Ġużeppi hu eżempju ta’ kif tkun ħaddiem, mhux għall-flus biss, imma għax il-ħidma mill-qalb, ix-xogħol bħala qadi u att ta’ ġenerożità, hu l-mod konkret kif nikkoperaw mal-pjan ta’ Alla fil-ħolqien u noffru għajnuna lill-proxxmu… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (5)

Il-ħames riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Protettur u Reżiljenti’. L-Isqof Galea-Curmi jaqsam ħsibijietu dwar id-dixxerniment u kif fid-dawl tal-Ispirtu, aħna nagħrfu dak li Alla jixtieq minna li hu dejjem l-aħjar għalina. Il-proċess tad-dixxerniment iwassal għall-“iva” tagħa b’azzjoni u determinazzjoni.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

Wirja u rkant ta’ xogħlijiet tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza

  Il-Parlament, il-Belt Valletta

Wara waqfa ta’ sentejn, fl‑intrata tal‑Parlament ta’ Malta fil‑Belt Valletta, id‑Dar tal‑Providenza qed ittella’ wirja ta’ 106 biċċa xogħol tal‑arti mogħtija minn 84 artisti Maltin u barranin. Dawn ix‑xogħlijiet se jiġu rkantati online b’risq id‑Dar fl‑1 ta’ Jannar li ġej bħala parti mill‑Festa ta’ Ġenerożità.

Din il‑wirja, li se tibqa’ għaddejja sas‑26 ta’ Diċembru, hi miftuħa għall‑pubbliku bejn id‑9am u l‑5pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa u bejn id‑9am u n‑nofsiegħa s‑Sibt u l‑Ħadd… Kompli aqra »

It-tberik tat-trabi fil-ġuf

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant'Anna, Wied il-Għajn

Il-Ħadd 12 ta’ Diċmebru se jsir it-tberik tat-trabi fil-ġuf fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

Il-quddiesa u l-barka fuq l-omm u t-tarbija fil-ġuf se jsiru fl-10.30am, bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li hi l-protettriċi tal-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom.

Għal din il-quddiesa u barka huma mistednin l-ommiijiet li welldu biex jirringrazzjaw lil Alla.

Sors: Newsbook.com.mt Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (4)

Ir-raba’ riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Bniedem Realista u Fidil’. L-Arċisqof Scicluna jaqsam magħna ħsibijietu dwar San Ġużepp li ma jibżax, anke jekk ħafna drabi kellu jitħabat ma’ futur inċert. Għaliex aħna tant inkunu maħkuma mill-biża’? X’jikkawża l-ansjetà fil-bniedem? San Ġużepp hu bniedem li minkejja ħafna kriżijiet, kellu l-kuraġġ jaċċetta l-għajnuna u l-wens ta’ Alla… Kompli aqra »