L-Aħbarijiet

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (3)

It-tielet riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Jisma’ u jilqa’ r-Rieda tal-Missier’. L-Isqof Galea-Curmi jfiehem xi tfisser meta ngħidu li nisimgħu lil Alla jkellimna, l-istess kif l-anġlu tal-Mulej kellem lil Ġużeppi. U jitkellem dwar kif kull bniedem hu msejjaħ għal vokazzjoni partikolari u kif il-vokazzjoni mhux biss nagħżluha imma tagħżel lilna.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (2)

It-tieni riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma fuq it-tema Ġużeppina ‘Xbieha tal-Ħniena tal-Missier’. L-Isqof Teuma jirrifletti dwar xi tfisser tkun missier tajjeb fid-dinja tal-lum u l-isfidi tal-paternità, jaqsam ħsibijietu dwar kif nistgħu nifhmu li Ġesù kellu Missier fis-sema u missier fuq l-art.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

53 bejn għaqdiet u akkademiċi b’petizzjoni lill-Parlament dwar il-liġi tal-kannabis

Il-petizzjoni qed titlob lill-Parlament biex jemenda l-abbozz ta’ liġi propost

Numru kbir ta’ organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili u korpi kostitwiti ppreżentaw petizzjoni lill-Parlament fl-aħħar tentattiv biex jikkonvinċu lill-Gvern jintroduċi qafas regolatorju aktar b’saħħtu. Il-petizzjoni, li ġiet approvata wkoll mill-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, titlob lill-Parlament biex jemenda l-abbozz ta’ liġi propost billi jemenda sitt aspetti tal-liġi.

L-għan tal-proposti hu li jinħoloq qafas regolatorju aktar b’saħħtu u jittaffew ir-riskji possibbli għas-soċjetà li din il-liġi tista’ ġġib magħha… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (1)

Is-Sena Ġużeppina 2020-2021, imnedija mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde, waslet fi tmiemha. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.

Permezz ta’ Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, tħejjew sensiela ta’ filmati marbuta ma’ dawn it-temi flimkien mal-Isqfijiet Maltin, li rriflettew dwar is-seba’ temi għall-Knisja f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

Il-liġi f’Malta kontra l-abort issalva l-ħajjiet – Fondazzjoni Life Network

Il-liġi f’Malta għal kontra l-abort issalva l-ħajjiet qalet iċ-ċhairperson tal-Fondazzjoni Life Network, Miriam Sciberras, waqt mixja favur il-ħajja li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-mixja kien li f’Malta titrawwem kuxjenza ta’ protezzjoni u promozzjoni tal-ħajja umana mill-konċepiment.

Sciberras qalet li b’din il-mixja, jixtiequ jkunu l-vuċi tal-vulnerabbli fis-soċjetà, l-aktar it-tarbija fil-ġuf. F’diskors li għamlet fi tmiem il-mixja Sciberras qalet li fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, qed jappellaw lill-ogħla awtoritajiet sabiex ikomplu jkunu minn ta’ quddiem biex kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna, jipproteġu kull ħajja… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku dwar Lesbos: Waqqfu dan-nawfraġju taċ-ċiviltà

  Lesbos, il-Greċja

The Pope on Sunday visited the Reception and Identification Centre of Mytilene on the island of Lesbos. While there, he heard the testimonies of migrants, and told those present migration is a humanitarian crisis that concerns everyone.

Five years ago, Pope Francis came to the island of Lesbos to see for himself the plight of migrants here. On Sunday, as part of his Apostolic Visit to Greece, he was greeted by thousands of migrants at the Mytilene camp onthis island, telling them “I am here to see your faces and look into your eyes.”

Quoting Ecumenical Patriarch Bartholomew, he said, “those who are afraid of you have not looked you in the eye…  They have forgotten that migration is not an issue for the Middle East and Northern Africa, for Europe and Greece… Kompli aqra »

Mixja Favur il-Ħajja

Illum il-Ħadd, 5 ta’ Diċembru 2021, il-Fondazzjoni Life Network se torganizza Mixja Favur il-Ħajja fil-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-mixja huwa li f’Malta titrawwem kuxjenza ta’ protezzjoni u promozzjoni tal-ħajja umana mill-konċepiment.

Permezz ta’ din il-mixja, il-Fondazzjoni Life Network tixtieq nkunu l-vuċi tal-vulnerabbli fis-socċjetà, l-aktar tat-tarbija fil-ġuf. Fl-isfond tas-sitwazzjoni preċenti f’pajjizna, l-appell lill-ogħla awtoritajiet huwa sabiex ikomplu jkunu minn ta’ quddiem biex kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna, lealment jipproteġu kull ħajja… Kompli aqra »

It-taqbida tal-Ordni mhix miġġielda bix-xabla imma bil-ħidma ta’ karità b’risq il-foqra u l-morda

L-Arċisqof ibierek il-qabar fil-kripta fejn indifen l-Gran Mastru Fra' Matthew Festing

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-Ġimgħa 2 ta’ Diċmebru sar il-funeral tal-Gran Mastru Fra’ Matthew Festing, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Matul l-omelija, il-Kardinal Silvano Maria Tomasi qal li bl-għażla tiegħu li jsir kavallier, Fra’ Matthew Festing iddedika ħajtu għall-missjoni tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, dik li tiddefendi l-fidi u li tkun għas-servizz tal-foqra.  

Il-kardinal Tomasi qal li t-taqbida tal-Ordni llum hija miġġielda, mhux bix-xabla imma bil-ħidma ta’ karità b’risq il-foqra u l-morda… Kompli aqra »

Se tagħlaq id-dar tal-anzjani Holy Family Home; l-anzjani se jiġu rilokati

Il-ħaddiema kollha offruti impjieg alternattiv

Id-dar tal-anzjani Holy Family Home li tinsab biswit it-Trade Fair Grounds fin-Naxxar se tagħlaq il-bibien tagħha s-sena d-dieħla. L-anzjani kollha, 75 b’kollox, ġew infurmati f’dawn il-jiem li ser jiġu rilokati fi djar oħra mingħajr ebda spejjeż għalihom. Il-ħaddiema, li jgħoddu madwar 60, ser ikunu qed jingħataw impjieg alternattiv.  

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, qal lil Newsbook.com.mt li s-sena d-dieħla d-djoċesi se tirritorna d-dar lura lill-Ġiżwiti u wara ser tingħalaq.   … Kompli aqra »

Inkunu ta’ spalla għal tant nies li għandhom bżonn – L-Arċisqof

  L-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund, il-Belt Valletta

Il-President ta’ Malta George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fil-Belt Valletta. L-Arċisqof qal li l-kontribut konkret tal-Knisja f’Malta b’solidarjetà mal-valuri tal-Community Chest Fund, hu appell biex kulħadd jikkopera u jagħti milli jista’.

Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett ta’ restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular ta’ isfel… Kompli aqra »